L-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Menu

L-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Kap. 496) MT huwa liġi li tagħti d-dritt ta’ aċċess għal dokumenti miżmumin minn awtorità pubblika. Din il-liġi tagħti ‘id-dritt ta’ aċċess’ lill persuni eliġibbli, li żżid it-trasparenza u l-aċċessibbiltà. Kull persuna residenti f’Malta jew li kienet residenti għal perjodu ta’ mhux anqas minn ħames snin, u li hija jew ċittadin ta’ Malta jew ċittadin ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor tal-UE, hija eliġibbli li tagħmel talba skont l-Att tal-Libertà tal-Informazzjoni.

Tista’ ssir talba onlajn mill-Portal tal-FOI biex jiġi aċċessat dokument jew informazzjoni skont l-Att tal-Libertà tal-Informazzjoni http://www.foi.gov.mt/

Informazzjoni fir-rigward tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE), skont l-Artikolu 17 tal-Att tal-Libertà tal-Informazzjoni:

Deskrizzjoni tal-istruttura tad-dipartiment/direttorat/entità Għall-istruttura organizzattiva tal-NCPE agħfas hawn
Deskrizzjoni tal-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tad-dipartiment/direttorat/entità Ir-responsabbiltà tal-NCPE tkopri diskriminazzjoni abbażi ta’
(i) sess u responsabbiltajiet li ġġib il-familja, orjentazzjoni sesswali, età, reliġjon/twemmin, oriġini etnika/razzjali, u identità tal-ġeneru, espressjoni tal-ġeneru jew karatteristiċi tas-sess
fl-impjieg, banek u istituzzjonijiet finanzjarji, kif ukoll fl-edukazzjoni;
(ii) oriġini etnika/razzjali u tal-ġeneru fl-aċċess u l-provvista ta’ oġġetti u servizzi; u
(iii) libertà ta’ moviment għall-ħaddiema fl-UE.
Il-funzjonijiet tal-NCPE huma stabbiliti fl-Att dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u għan-Nisa, Kapitolu 456, Artikolu 12.
Deskrizzjoni ġenerali tal-kategoriji tad-dokumenti li għandha l-NCPE (inklużi dokumenti eżentati)
  • Riżorsi Umani
  • Kuntratti u finanzi
  • Amministrazzjoni
  • Safar
  • Proġetti
  • Talbiet għal informazzjoni
  • Taħriġ tal-NCPE
  • Direttorju Onlajn ta’ Nisa Professjonali
  • Dokumenti Pubblikati
  • Riklami diskriminatorji
  • Investigazzjonijet ta’ ilmenti fuq allegazzjonijiet ta’ diskriminazzjoni u fastidju sesswali (eżenti)

F’dan l-aħħar każ, l-Att dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa,
coming to their knowledge in the course of an investigation as
Kapitolu 456, Artikolu 18(5) jistipula li:
“Il-Kummissarju u kull membru ieħor tal-Kummissjoni jew
xi membru tal-ħaddiema tal-Kummissjoni għandhom jittrattaw kull ħaġa
li jsiru jafu biha matul xi investigazzjoni bħala
konfidenzjali u m’għandhomx jiżvelawha kemm-il darba dak l-iżvelar ma jkunx
meħtieġ matul xi prosekuzzjoni jew azzjoni għal rimedju taħt dan l-Att.”

Deskrizzjoni tal-manwali kollha u ta’ tipi ta’ dokumenti simili li fihom politiki, prinċipji, regoli u linji gwida li f’konformità magħhom jittieħdu xi deċiżjonijiet jew isiru xi rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-membri tal-pubbliku (inklużi korpi korporattivi u impjegati tal-awtorità pubblika fil-kapaċità personali tagħhom). Dokument ta’ politika interna

Proċeduri Operattivi Standard (SOPs)
MEMOs tal-NCPE
Minuti tal-laqgħat
Proċedura Interna għall-Ilmenti Applikant li t-talba tiegħu għal informazzjoni ma tiġix aċċettata, jew li
mhuwiex sodisfatt bl-informazzjoni pprovduta, il-format tagħha jew
l-estensjoni tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-informazzjoni mitluba, jista’ jindirizza lment lill-Uffiċjal għall-Att tal-Libertà tal-Informazzjoni tal-NCPE.

L-uffiċjal responsabbli għandu jwieġeb lill-applikant fi żmien għaxar (10) ġranet tax-xogħol minn meta rċieva l-ilment.
L-applikant għandu jiġi infurmat ukoll li jista’ jappella d-deċiżjoni jew inkella jindirizza lment lill-Kummissarju għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni u tad-Data f’konformità mal-Att tal-Libertà tal-Informazzjoni.

Dettalji ta’ Kuntatt tal-Awtorità Pubblika Indirizz: NCPE
Gattard House
National Road
Blata l-Bajda ĦMR 9010
Malta
Tel: (+356) 2276 8200
Email:foi.ncpe@gov.mtorequality@gov.mt

Websajt:ncpe.gov.mt