Cookie Policy

Menu

Nixtiequ nirringrazzjawk talli żort dan is-sit. Aħna kommessi li nipproteġu l-privatezza tal-viżitaturi tagħna u m’aħna se niġbru l-ebda informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm inti ma tipprovdihiex b’mod volontarju. Kull informazzjoni personali li tgħaddilna tinżamm fil-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza b’konformità mal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data.

L-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data ġie stabbilit fl-14ta’Diċembru2001 u daħal fis-seħħ fil-15ta’Lulju2003. Għaldaqstant, aħna għandna l-obbligu legali li nirrispettaw u nipproteġu kull informazzjoni personali li niġbru mingħandek u aħna se nirrispettaw dan l-obbligu. Aħna nieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex nevitaw aċċess mhux awtorizzat u ma ngħaddux id-dettalji tiegħek li aħna nkunu ġbarna mingħandek bħala viżitatur, lil xi parti terza sakemm inti ma tagħtiniex il-kunsens li nagħmlu dan.

Tniżżil ta’ Informazzjoni
Jekk inti taqra jew tniżżel informazzjoni mis-sit tagħna, aħna b’mod awtomatiku niġbru u naħżnu l-informazzjoni mhux personali li ġejja:
  • Il-paġna web li tkun tlabt jew niżżilt;
  • Jekk it-talba kinitx ta’ suċċess jew le;
  • Id-data u l-ħin ta’ meta aċċessajt is-sit;
  • L-indirizz tal-internet tas-sit web jew l-isem tad-dominju tal-kompjuter minn fejn aċċessajt is-sit;
  • Is-sistema operattiva tal-magna li qed tħaddem il-web browser u t-tip u l-verżjoni tal-web browser tiegħek
Cookies

Il-cookies huma biċċiet żgħar ta’ data li s-sit jittrasferixxi lill-hard drive tal-kompjuter tal-utent meta l-utent jidħol f’xi sit web. Is-sit web tagħna juża biss session cookies li jiġu mħassrin meta l-utent jagħlaq il-browser tal-web. Is-session cookie tiġi maħżuna fil-memorja temporanja u ma tinżammx wara li l-browser jingħalaq. Is-session cookies ma jiġbrux informazzjoni mill-kompjuter tal-utent. Tipikament jaħżnu informazzjoni f’forma ta’ identifikazzjoni tas-sessjoni li ma tidentifikax l-utent b’mod personali.

Informazzjoni Personali

Meta jintuża d-Direttorju onlajn ta’ Nisa Professjonisti tal-websajt, is-suġġett tad-data jiġi mitlub jipprovdi data personali għall-iskopijiet tal-ġbir ta’ data. L-għan ta’ din id-data huwa li n-nisa professjonisti jingħataw viżibbiltà fis-setturi differenti tagħhom. Għal dan l-iskop, id-data t’hawn taħt għandha tiġi ppubblikata onlajn:

  • It-Titolu tal-Impjieg
  • Id-Deskrizzjoni tal-Impjieg
  • Is-Snin ta’ Esperjenza
  • Is-Snin ta’ Għarfien Espert Speċjalizzat
  • L-Istatus tal-Impjieg
  • L-ogħla livell ta’ edukazzjoni miksub – fakultattiva
  • Il-Kwalifiki – fakultattiva

Tista’ titlob li taċċessa kull informazzjoni li aħna nżommu dwarek fir-rigward tal-profil tiegħek u għandek id-dritt li tikkoreġi jew tħassar ineżattezzi fejn japplika.
Biex nevitaw kull abbuż ċibernetiku, aħna nżommu wkoll rekord tal-messaġġi li jintbagħtu mill-utenti tas-sit web lin-nisa professjonisti.

Links

Fis-sit tagħna tista’ ssib links għal siti web ta’ organizzazzjonijiet u aġenziji lokali u internazzjonali oħra, inklużi organizzazzjonijiet privati. Huwa importanti li tkun taf li malli tidħol ġo sit ieħor, ma tkunx għadek fis-sit tagħna u inti ssir suġġett għall-istqarrija ta’ privatezza tas-sit il-ġdid.

Tibdil għal din l-Istqarrija ta’ Privatezza

Jekk ikun hemm tibdil f’din l-istqarrija ta’ privatezza, aħna nibdlu din il-paġna ma’ verżjoni aġġornata. Għaldaqstant huwa fl-interess tiegħek li tiċċekkja l-paġna tal-’Istqarrija ta’ Privatezza’ kull darba li inti taċċessa s-sit web tagħna sabiex tkun konxju ta’ kull tibdil li jista’ jsir minn żmien għal żmien.