Il-Profil tal-Kummissarju

Menu

Il-Kummissarju u l-Aġent Direttur Eżekuttiv:

Is-Sa Renee Laiviera, MATC Teachers’ Training College, Dip. Ed.(Melit), Dip. Pol.Stud.(Melit), M.A. Malt. Stud. (Melit).

Is-Sa Renee Laiviera hija attwalment il-Kummissarju tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) u l-Aġent Direttur Eżekuttiv tal-NCPE Is-Sa Laiviera kellha pożizzjonijiet maniġerjali fi ħdan is-Servizz Pubbliku ta’ Malta sa mill-1998 meta kienet maħtura Direttur (Drittijiet tan-Nisa). Kellha wkoll pożizzjonijiet f’diversi kummissjonijiet u kumitati tal-gvern. Ilha attiva f’NGOs għal ħafna snin u sa Mejju 2013 kienet il-Membru Eżekuttiv tal-Lobby Ewropew tan-Nisa kif ukoll il-President tal-Konfederazzjoni tal-Organizzazzjonijiet tan-Nisa ta’ Malta.

Is-Sa Laiviera hija attwalment membru indipendenti tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza (ECRI), korp ta’ monitoraġġ tal-Kunsill tal-Ewropa u membru tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-opportunitajiet ugwali għan-nisa u għall-irġiel, li jassisti lill-Kummissjoni Ewopea fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proposti leġiżlattivi u inizjattivi ta’ politika dwar kwistjonijiet relatati ma’ ugwaljanza bejn il-ġeneri u opportunitajiet indaqs.

F’Marzu 2007, fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Mara, l-Ambaxxata tal-Istati Uniti tal-Amerika f’Malta onoratha għall-kuraġġ u t-tmexxija eċċezzjonali biex tiddefendi d-drittijiet u l-avvanz tan-nisa f’Malta. L-Università ta’ Malta kkonferiet il-Lawrja ta’ Master of Letters (Honoris Causa) lis-Sa Renee Laiviera fl-1 ta’ Novembru 2019. Fil-5 t’ Awwissu 2021, is-Sa Laiviera ġiet onorata l-ogħla Premju Internazzjonali WEF 2021 – Nisa tad-Deċenju fl-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri mill-Kunsill Kummerċjali Malta-Indja tal-Kamra Indjana tal-Kummerċ u l-Industrija tan-Nisa (WICCI).

Il-Membri tal-Kummissjoni:

  • Jacob Callus
  • Joanne Cassar
  • Dr Paula Cauchi
  • Isaak Koroma
  • Dr Rachael Scicluna
  • Wilbert Tabone