Ir-Riżorsi u l-Għodod

Menu

Fuljetti

 

Fittex il-Kelma

 

Rapporti

 

Links

Il-Karta Soċjali Ewropea

 

Rakkomandazzjonijiet

  • Nibnu mill-ġdid is-soċjetajiet tagħna wara l-Covid-19 – (in-netwerk Ewropew għall-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza) – EN / MT
  • Negħlbu d-diskriminazzjoni u d-diskors ta’ mibegħda fil-kampanji elettorali (in-netwerk Ewropew għall-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza) – EN/MT

 

Posters

 

Fuljetti

  • FAQs dwar l-NCPE –EN
  • M’inix Persuna Razzista, Imma … Gwida għas-Sidien ta’ Proprjetà –EN
  • M’inix Persuna Razzista, Imma … Gwida għall-Okkupanti –EN/FR/Somali/Tigrinya
  • Ktieb ta’ Tagħrif – Naħsbu b’mod ugwali –MT
  • Naħsbu b’mod ugwali- Fuljett għaż-Żgħażagħ – MT

 

Settijiet ta’ Għodod għall-Valutazzjoni tal-Ugwaljanza

 

Handbooks u Manwali

 

Linji Gwida

 

Konferenza dwar il-Parteċipazzjoni Politika tan-Nisa f’Malta

L-Avvanz tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri f’karigi eletti fil-politika f’Malta kien il-fokus ta’ Konferenza li għaqdet flimkien rappreżentanti minn partiti politiċi, Membri tal-Parlament, dawk li jfasslu l-politika u akkademiċi, kif ukoll rappreżentanti mis-soċjetà ċivili u l-media. Din il-Konferenza ġiet organizzata mill-Uffiċċju tal-OSKE għall-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR), fi sħubija mad-Dar tar-Rappreżentanti, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) u l-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa. Il-Konferenza dwar il-Parteċipazzjoni Politika tan-Nisa f’Malta saret fit-3 ta’ Novembru 2014 fil-Parlament.

Il-preżentazzjonijiet li ġejjin ġew ippreżentati waqt din il-Konferenza:

 

Il-Kumitat għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW)

Il-Kumitat għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW), adottat fl-1979 mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, huwa ħafna drabi deskritt bħala karta internazzjonali tad-drittijiet tan-nisa. Bi preambolu u 30 artiklu, jiddefinixxi dak li jikkostitwixxi diskriminazzjoni kontra n-nisa u jfassal aġenda għal azzjoni nazzjonali biex tintemm din id-diskriminazzjoni.

L-għanijiet u l-azzjonijiet ewlenin li huma enfasizzati fl-artikli ta’ CEDAW jinkludu l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet ugwali tal-irġiel u tan-nisa fi:

  • il-ħajja politika u pubblika (għall-parteċipazzjoni fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-gvern u sabiex tinżamm kariga pubblika);
  • l-edukazzjoni (l-istess aċċess għall-istudji u l-kurrikuli u l-eliminazzjoni ta’ stereotipi tal-ġeneru);
  • l-impjieg (l-istess opportunitajiet ta’ impjieg u kundizzjonijiet tax-xogħol u l-prevenzjoni ta’ diskriminazzjoni fuq raġunijiet ta’ żwieġ u maternità);
  • is-saħħa (aċċess ugwali għas-servizzi tal-kura tas-saħħa);
  • il-benefiċċji Ekonomiċi u Soċjali (l-istess dritt għall-benefiċċji tal-familja u kreditu finanzjarju);
  • il-liġi (kapaċità legali identika għall-irġiel u għan-nisa); u
  • iż-żwieġ u l-ħajja tal-familja (l-istess drittijiet fiż-żwieġ u bħala ġenituri).

Web:http://www2.ohchr.org/english/bodies/cedaw/index.htm

Test sħiħ: CEDAW