Il-Marka tal-Ugwaljanza
- Aġġornata l-aħħar: 24/04/2024
Il-Marka tal-Ugwaljanza hija ċertifikazzjoni li tingħata lil kumpaniji/organizzazzjonijiet li jpoġġu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala waħda mill-valuri tagħhom u li l-ġestjoni tagħhom tkun ibbażata fuq ir-rikonoxximent u l-promozzjoni tal-potenzjal tal-impjegati kollha irrispettivament mill-ġeneru u r-responsabbiltajiet ta’ kura tagħhom.
Għal aktar informazzjoni dwar il-Marka tal-Ugwaljanza u l-proċess ta’ applikazzjoni, jekk jogħġbok ikklikkja u niżżel id-dokumenti ta’ informazzjoni t’hawn taħt jew ikkuntattja l-NCPE għal aktar għajnuna billi tibgħat email fuq equality@gov.mt jew iċċempel +35622768200
- Iċ-Ċertifikazzjoni tal-Marka tal-Ugwaljanza – Dokument ta’ Informazzjoni u Protezzjoni tad-Data
- Iċ-Ċertifikazzjoni tal-Marka tal-Ugwaljanza – Formola ta’ Applikazzjoni / Formola ta’ Applikazzjoni
- Il-Fuljett tal-Marka tal-Ugwaljanza – Fuljett
Organizzazzjonijiet Ċċertifikati li Joffru Opportunitajiet Indaqs għall-Irġiel u n-Nisa:
Jekk jogħġbok agħfas hawn għal-lista sħiħa.
Iċ-Ċertifikazzjoni tal-Paga Ugwali
Li nindirizzaw il-paga inugwali għal xogħol ta’ valur ugwali huwa fundamentali biex nilħqu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fuq il-post tax-xogħol. Għaldaqstant, l-NCPE żviluppat Equal Pay Tool, biex tgħin lill-organizzazzjonijiet jiċċekkjaw il-paga ugwali għal xogħol tal-istess valur bejn in-nisa u l-irġiel. Paga ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali ma tkoprix biss każijiet fejn in-nisa u l-irġiel jagħmlu l-istess xogħol, jew xogħol simili, iżda wkoll meta jagħmlu xogħol differenti. Meta n-nisa u l-irġiel jagħmlu xogħol li huwa differenti fil-kontenut, fir-responsabbiltajiet, li jirrikjedi kapaċitajiet u kwalifiċi differenti, u jsir taħt kundizzjonijiet differenti, iżda huwa tal-istess valur, dawn għandhom jirċievu paga ugwali.
Kumpaniji u entitajiet li huma ċċertifikati bil-Marka tal-Ugwaljanza, li jimpjegaw mill-inqas 50 persuna, huma eliġibbli biex, b’mod volontarju, japplikaw għaċ-ċertifikazzjoni tal-Paga Ugwali. Dawk il-kumpaniji ċċertifikati bil-Marka tal-Ugwaljanza li ma jixtiqux japplikaw għall-Equal Pay Tool, jistgħu jagħmlu dan.
L-organizazzjonijiet li japplikaw biex jagħmlu użu minn din it-Tool, iridu jimlew Excel workbook bl-informazzjoni relatata mar-riżorsi umani tagħhom. Din l-informazzjoni ser tiġi kkodifikata biex tiġi żgurata l-anonimità tal-impjegati. Kull informazzjoni mogħtija lill-NCPE ser tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali.
Barra li tipprovdi dokument gwida ta’ kif tintuża t-Tool, l-NCPE hija disponibbli biex tassisti lill-organizzazzjonijiet fil-proċess kollu. Ġaladarba l-informazzjoni tkun analizzata, l-NCPE tipprovdi rapport kunfidenzjali li jiggwida l-organizzazzjoni dwar is-sitwazzjoni ta’ paga ugwali.
Iċ-Ċertifikazzjoni tal-Paga Ugwali tingħata meta l-Equal Pay Tool issib li hemm Riskju Baxx li l-organizzazzjoni mhux tosserva l-prinċipju tal-paga ugwali. Iċ-Ċertifikazzjoni tkun valida għal tliet snin. F’dawn it-tliet snin, l-organizzazzjoni tista’ tuża l-logo taċ-Ċertifikazzjoni tal-Equal Pay, fl-avviżi u l-komunikazzjoni l-oħra tagħha. Jekk l-organizzazzjoni tkun tixtieq hekk, l-NCPE toffri assistenza kunfidenzjali jekk ir-riżultat juri riskju Medju jew Għoli li l-organizzazzjoni mhux tosserva l-prinċipju tal-paga ugwali, sabiex tkun tista’ tifhem aktar is-sitwazzjoni interna tal-paga, kif ukoll difetti potenzjali u diskrepanzi mhux intenzjonati.
Organizzazzjonijiet li huma ċċertifikati bil-Marka tal-Ugwaljanza jistgħu japplikaw għaċ-Ċertifikazzjoni tal-Paga Ugwali billi jikkuntattjaw lill-NCPE u juru l-interess tagħhom li jagħmlu użu mill-Equal Pay Tool.