Direttorju Tan Nisa Professjonisti

Menu

Id-Direttorju ta’ Nisa Professjonisti għandu l-għan li jservi bħala inizjattiva pożittiva biex jiġi indirizzat in-nuqqas sinifikanti ta’ rappreżentanza tan-nisa f’pożizzjonijiet deċiżjonali fis-setturi pubbliċi u privati.  Id-Dirretorju onlajn jagħti viżibbiltà u aktar opportunitajiet lin- nisa professjonisti u kompetenti biex jinħatru f’bordijiet u f’kumitati, u/jew biex jassumu pożizzjonijiet deċiżjonali fis-suq tax-xogħol. 

Agħżel xi waħda mill-għażliet hawn taħt jekk tixtieq tirreġistra, tfittex, tirranġa jew tneħħi l-profil

Il-Politika għall-Protezzjoni tad-Data tal-NCPE:

F’konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data (ir-Regolament tal-UE 2016/679, GDPR, u l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, KAP. 586 tal-Liġijiet ta’ Malta), l-NCPE għandha l-obbligu legali li tirrispetta u tipproteġi kull informazzjoni personali li aħna niġbru mingħandek u aħna nirrispettaw dan l-obbligu. Aħna nieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex nevitaw aċċess mhux awtorizzat u ma ngħaddux id-dettalji tiegħek li aħna nkunu ġbarna mingħandek bħala viżitatur, lil xi parti terza sakemm inti ma tagħtinix il-kunsens li nagħmlu dan.