Il-Librerija tal-NCPE
- Aġġornata l-aħħar: 11/01/2024
Il-Librerija u ċ-Ċentru għad-Dokumentazzjoni li jinsab fil-bini tal-NCPE fil-Blata l-Bajda, tinkludi għażla wiesgħa ta’ kotba, perjodiċi, ġurnali u artikli ta’ gazzetti li huma disponibbli għall-pubbliku ġenerali li jixtieq jagħmel riċerka.
Il-maġġor parti tar-riżorsi disponibbli huma relatati ma’ temi ta’ ugwaljanza b’rabta mal-ġeneru u r-razza fl-impjieg u fl-edukazzjoni flimkien ma’ raġunijiet ta’ politika, il-media, is-saħħa u r-reliġjon, kwistjonijiet relatati mal-Unjoni Ewropea, u l-fastidju sesswali, biex insemmu ftit. Il-librerija tal-NCPE fiha pubblikazzjonijiet fuq suġġetti oħra li mhumiex relatati direttament mar-responsabbiltajiet tagħha, fosthom dawk dwar il-kura tat-tfal, id-diżabbiltà u l-anzjani. B’mod kontinwu, l-NCPE tespandi r-riżorsi tal-librerija tagħha b’kotba u pubblikazzjonijiet ġodda, b’numru totali ta’ pubblikazzjonijiet li jaqbeż is-7,300.
- Agħfas hawn għall-BAŻI TAD-DATA TAL-LIBRERIJA fejn tista’ tfittex kotba, perjodiċi u ġurnali. PUBBLIKAZZJONIJIET ĠODDA
Il-Librerija fiha wkoll bażi ta’ data ta’ artikli minn gazzetti lokali li huma relatati mal-ugwaljanza u d-diskriminazzjoni. Dan l-arkivju jservi kemm bħala għodda għall-persunal tal-NCPE biex jużawh għax-xogħol tagħhom u għall-pubbliku ġenerali li jkun jixtieq jakkwista informazzjoni lokali.
- Agħfas hawn għall-BAŻI TA’ DATA GĦAL ARTIKLI F’GAZZETTI Bl-INGLIŻ SA OTTUBRU 2023
- Agħfas hawn għall-BAŻI TA’ DATA GĦAL ARTIKLI F’GAZZETTI BIL-MALTI SA OTTUBRU 2023
Biex iżżur il-librerija tal-NCPE, jekk jogħġbok agħmel appuntament billi ċċempel fuq 2276 8200 jew billi tibgħat email fuq equality@gov.mt