Is-Sommarju tal-Għanijiet u l-Valuri tal-Organizzazzjoni

Menu

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) timmira għal soċjetà li hija ugwali u ħielsa minn diskriminazzjoni u li tippromwovi l-inklussività fejn kulħadd, irrispettivament mill-ġeneru u responsabbiltajiet li ġġib il-familja, orjentazzjoni sesswali, età, reliġjon jew twemmin, u identità tal-ġeneru, espressjoni tal-ġeneru jew karatteristiċi tas-sess, jista’ jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu/tagħha.

Sabiex ikollna soċjetà li tippromwovi l-ugwaljanza l-NCPE taħdem biex telimina d-diskriminazzjoni fuq il-bażijiet ta’ ġeneru u responsabbiltajiet li ġġib il-familja, oriġini etnika jew razzjali, orjentazzjoni sesswali, età, reliġjon jew twemmin, u identità tal-ġeneru, espressjoni tal-ġeneru jew karatteristiċi tas-sess billi tqajjem kuxjenza, tissorvelja liġijiet nazzjonali u direttivi tal-UE, timplimenta politiki, tikkopera ma’ partijiet interessati differenti, tinvestiga lmenti u tipprovdi għajnuna lill-pubbliku ġenerali.

L-NCPE se tkompli taħdem biex telimina d-diskriminazzjoni billi tippromwovi l-ugwaljanza għal kulħadd u d-diversità bħala valur miżjud għas-soċjetà billi tipprovdi l-għarfien kemm l-individwi kif ukoll lill-organizzazzjonijiet.