​Il-Politika għall-Protezzjoni tad-Data

Menu

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kapitolu 586) jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma f’forma elettronika jew manwali. L-NCPE hija kommessa li tikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji għall-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit f’din il-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni tad-data.

L-Għanijiet għall-ġbir ta’ data

L-NCPE tiġbor u tipproċessa informazzjoni biex twettaq l-obbligi tagħha f’konformità mal-leġiżlazzjoni attwali. Id-data kollha tinġabar u tiġi pproċessata f’konformità mal-Leġiżlazzjoni għall-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa, KAP. 456.

Riċevituri tad-data

Informazzjoni Personali tiġi aċċessata mill-impjegati li ġew assenjati l-irwol li jwettqu l-funzjonijiet tal-NCPE. Data personali tiġi żvelata lill-:

  • Impjegati tal-NCPE li jwettqu funzjonijiet simili ta’ NCPE1
  • Organizzazzjonijiet li jipproċessaw id-data f’isem il-kontrollur tad-data inklużi, iżda mhux limitati għal, fornituri ta’ servizzi tal-NCPE għal servizzi ta’ konsultazzjonijiet legali, kontabilità, awditjar u fornituri u provdituri ta’ servizzi oħra.

L-iżvelar jista’ jsir ukoll lil partijiet terzi iżda kif inhu awtorizzat mil-liġi biss.

Id-drittijiet tiegħek

Inti intitolat li, mingħajr ħlas, tkun taf liema tip ta’ informazzjoni qed iżżomm u tipproċessa dwarek l-NCPE, u għaliex, min għandu aċċess għaliha, kif qed tinżamm u qed tkun aġġornata, għal kemm se ddum miżmuma, u l-Unità x’qed tagħmel biex tkun konformi tal-leġiżlazzjoni għall-Protezzjoni tad-Data.

Il-GDPR tistabbilixxi proċedura formali biex tindirizza t-talbiet għal aċċess għas-suġġett tad-data. Is-suġġetti tad-data kollha għandhom id-dritt li jaċċessaw kwalunkwe informazzjoni dwarhom li qed tinżamm mill-NCPE, kemm jekk qed tinżamm fuq il-kompjuter kif ukoll f’fajls manwali. Talbiet għal aċċess għal informazzjoni personali mis-suġġetti tad-data għandhom isiru bil-miktub u jintbagħtu lill-Aġent Direttur Eżekuttiv tal-NCPE. Id-dettalji ta’ identifikazzjoni tiegħek bħalma huma n-numru tal-identità, l-isem u l-kunjom għandhom jiġu sottomessi mat-talba għall-aċċess. F’każ li niltaqgħu ma’ diffikultajiet ta’ identifikazzjoni, inti tista’ tippreżenta dokument ta’ identifikazzjoni.

L-NCPE timmira li tikkonforma malajr kemm jista’ jkun mat-talbiet għal aċċess għal informazzjoni personali u tiżgura li din tiġi pprovduta f’perjodu ta’ żmien raġonevoli iżda mhux aktar tard minn xahar mid-data li tiġi riċevuta t-talba, sakemm ma jkunx hemm raġuni valida għal dewmien. Meta xi talba ma tkunx tista’ tintlaqa’ fi żmien raġonevoli, ir-raġuni tiġi spjegata bil-miktub lis-suġġett tad-data li qed jagħmel it-talba. Jekk ikun hemm xi ksur ta’ data, is-suġġett tad-data jiġi infurmat kif meħtieġ.

Is-suġġetti tad-data kollha għandhom id-dritt li jitolbu li l-informazzjoni dwarhom ma tintużax jew ma tiġix emendata jekk jirriżulta li ma tkunx korretta. Is-suġġetti tad-data jistgħu jitolbu wkoll li d-data dwarhom tiġi mħassra.
Jekk japplika, dawn id-drittijiet jistgħu jkunu restritti skont il-leġiżlazzjoni għall-Protezzjoni tad-Data.
F’każ li ma tkunx sodisfatt bl-eżitu tat-talba tiegħek għal aċċess, tista’ tgħaddi lment lill Kummissarju għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni u tad-Data fuq id-dettalji pprovduti hawn isfel.

Il-Politika dwar iż-Żamma tad-Data

Id-data personali tinġabar mill-Att dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa, KAP. 456.
L-iskeda li ġejja turi r-rekwiżiti ta’ żamma għall-kategoriji ta’ dokumentazzjoni differenti fi ħdan l-NCPE.

KATEGORIJA TAD-DOKUMENTRETENTION PERIODĠUSTIFIKAZZJONI
Riżorsi Umani – il-Persunal ewlieni  
Applikazzjonijiet – Sejħiet biex jimtlew pożizzjonijiet fi ħdan l-NCPE1) Għall-kandidati magħżulin – Għaxar (10) snin mid-data tat-terminazzjoni tal-impjieg
2) L-oħrajn kollha – sena (1) wara li l-kandidati jiġu nnotifikati bir-riżultat tal-proċess tal-għażla sakemm fil-frattemp ma jkunx daħal xi lment marbut ma’ xi sejħa għal applikazzjoni partikolari.
Il-perjodu ta’ żamma huwa f’konformità mal-’Proċeduri Korporattvi għall-Protezzjoni tad-Data tal-Amministrazzjoni Pubblika u r-Riżorsi Umani’
Fajls tal-impjegati għall-persunal ewlieniGħaxar (10) snin mid-data tat-terminazzjoni tal-impjiegIl-perjodu ta’ żamma huwa f’konformità mal-’Proċeduri Korporattvi għall-Protezzjoni tad-Data tal-Amministrazzjoni Pubblika u r-Riżorsi Umani’
Dettalji personali tal-persunal – Excel sheetId-dettalji tal-impjegati għandhom jitħassru minn din il-karta wara għaxar (10) snin mid-data tat-terminazzjoni tal-impjieg, ħlief għad-data li għandha tinżamm għal raġunijiet ta’ arkivjar.Il-perjodu ta’ żamma huwa f’konformità mal-’Proċeduri Korporattvi għall-Protezzjoni tad-Data tal-Amministrazzjoni Pubblika u r-Riżorsi Umani’
Fajls marbutin mal pagi u softwer għall-pagiGħaxar (10) snin mid-data tat-terminazzjoni tal-impjiegIl-perjodu ta’ żamma huwa f’konformità mal-’Proċeduri Korporattvi għall-Protezzjoni tad-Data tal-Amministrazzjoni Pubblika u r-Riżorsi Umani’
Softwer għall-qari tas-swaba’, Karti tal-attendenza u Talbiet għal leave għal vaganzaSentejn (2)Il-perjodu ta’ żamma huwa f’konformità mal-’Proċeduri Korporattvi għall-Protezzjoni tad-Data tal-Amministrazzjoni Pubblika u r-Riżorsi Umani’
Karti bilanċjali tal-leave għal vaganziTliet (3) sninIl-perjodu ta’ żamma huwa f’konformità mal-’Proċeduri Korporattvi għall-Protezzjoni tad-Data tal-Amministrazzjoni Pubblika u r-Riżorsi Umani’
Ċertifikati ta’ leave minħabba mardSena (1) mill-ħarġa taċ-ċertifikatIl-perjodu ta’ żamma huwa f’konformità mal-’Proċeduri Korporattvi għall-Protezzjoni tad-Data tal-Amministrazzjoni Pubblika u r-Riżorsi Umani’
Rekords tat-taħriġGħaxar (10) snin mid-data tat-terminazzjoni tal-impjiegIl-perjodu ta’ żamma huwa f’konformità mal-’Proċeduri Korporattvi għall-Protezzjoni tad-Data tal-Amministrazzjoni Pubblika u r-Riżorsi Umani’
Twiddib – twissijiet verbaliSitt (6) xhurll-perjodu ta’ żamma huwa f’konformità mal-’Proċeduri Korporattvi għall-Protezzjoni tad-Data tal-Amministrazzjoni Pubblika u r-Riżorsi Umani’
Twiddib- twissijiet bil-miktubSena (1)Il-perjodu ta’ żamma huwa f’konformità mal-’Proċeduri Korporattvi għall-Protezzjoni tad-Data tal-Amministrazzjoni Pubblika u r-Riżorsi Umani’
Akkużi Dixxiplinari1) Għaxar (10) snin mit-terminazzjoni jekk jinsab ħati jew inkonklussiv
2) Xahrejn (2) jekk ma jinsabx ħati
Il-perjodu ta’ żamma huwa f’konformità mal-’Proċeduri Korporattvi għall-Protezzjoni tad-Data tal-Amministrazzjoni Pubblika u r-Riżorsi Umani’
Riżorsi Umani – Persunal reklutat għal Proġetti kofinanzjati mill-UE  
Id-dokumenti kollha mniżżlin fil-kategorija tar-’Riżorsi Umani – Persunal ewlieniGħall-perjodu stipulat f’dawn ir-regolamenti li jirregolaw il-programm/i relattiv/i tal-UEIl-perjodu ta’ żamma skont ir-regoli u r-regolamenti tal-programm/i tal-UE
Kuntratti u Finanzi  
Fajls ta’ kuntratti li jinkludu d-data personali ta’ offerenti potenzjali, offerenti, kuntratturi, fornituri ta’ servizz u provdituri-Għal proġetti kofinanzjati tal-UE – Għall-perjodu stipulat f’dawn ir-regolamenti li jirregolaw il-programm/i tal-UE
– Oħrajn – …
– Għal proġetti kofinanzjati tal-UE – il-perjodu ta’ żamma skont ir-regoli u r-regolamenti tal-programm/i tal-UE
-Oħrajn – …
Fajls tal-finanzi b’data/rekords ta’ kredituri u debituriĦames (5) snin wara li jsir il-pagamentGħal skopijiet ta’ awditjar
Amministrazzjoni  
Rekords akkademiċi ta’ studenti, dettalji ta’ kuntatt u skedi bil-ħinijiet tax-xogħol– Internship/kollokament – Ħames (5) snin mit-terminazzjoni tal-kollokament
– Studenti li jitolbu għal intervisti/informazzjoni – Sentejn (2)
Għal skopijiet ta’ awditjar
Safar  
Rekords ta’ organizzaturi ta’ safar u parteċipantiĦames (5) snin mid-data tat-terminazzjoni tal-impjiegGħal skopijiet ta’ awditjar
Investigazzjonijiet   
Dettalji ta’ kwalunkwe persuna b’konnessjoni mal-ipproċessar u l-investigazzjoni ta’ ilmenti ta’ allegat diskriminazzjoni u fastidju sesswali skont KAP. 456 Att dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-NisaĦames (5) snin mill-għeluq tal-każ– Kif suġġerit mill-Konsulent Legali tal-NCPE
– Għal skopijiet ta’ riċerka
Talba għal Informazzjoni  
Dettalji ta’ persuni li għamlu talbiet għal informazzjoni permezz ta’ mezzi differenti ta’ komunikazzjoniĦames (5) sninGħal skopijiet ta’ riċerka
Taħriġ  
Karti tal-attendenza għal taħriġ u karti ta’ evalwazzjoni– Karti tal-attendenza – Tliet (3) snin mit-taħriġ
– Karti ta’ evalwazzjoni – Tliet (3) snin mit-taħriġ
Id-data meħtieġa fir-rigward ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ tal-NCPE hija inkluża fir-Rapporti Annwali
Marka tal-Ugwaljanza  
Kumitat tar-rappreżentant/i tal-ugwaljanza, Kap tal-organizzazzjoni, listi tal-persunal għal taħriġ għal ċertifikazzjoni mill-ġdidĦames (5) snin mit-terminazzjoni taċ-ċertifikazzjoniGħal skopijiet ta’ riċerka
Proġetti  
Imsieħba fi proġetti u rekords ta’ parteċipanti f’ attivitajiet ta’ proġetti differenti partikolarment konferenzi, taħriġ/konsultazzjoni/sessjonijiet ta’ mentoraġġ, attivitajiet biex jintlaħqu n-nies u avvenimentiGħall-perjodu stipulat f’dawn ir-regolamenti li jirregolaw il-programm/i relattiv/i tal-UEIl-perjodu ta’ żamma skont ir-regoli u r-regolamenti tal-programm/i tal-UE
Direttorju Onlajn ta’ Nisa Professjonisti  
Formoli ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fid-direttorjuApplikanti li ma ntgħażlux – Ħames (5) sninŻamma tal-formoli kollha ta’ applikanti li ma ntgħażlux li eventwalment jistgħu jsiru eliġibbli.
Id-data personali, esperjenza u kwalifiki ta’ profilersIl-profilers għandhom l-għażla li jieqfu jipparteċipaw fi kwalunkwe ħinSakemm il-professjonisti ma jiqfux jipparteċipaw, din id-data tinżamm onlajn
L-NCPE għandha miżuri stabbiliti biex tiżgura l-akkuratezza tad-data.
Kommunikazzjonijiet u Relazzjonijiet Pubbliċi  
Karti tal-attendenza u karti ta’ evalwazzjoni ta’ konferenzi u avvenimenti oħra, kelliema u membri f’panels– Karti tal-attendenza – Tliet (3) snin mill-avveniment
– Karti ta’ evalwazzjoni – Sena (1) mill-avveniment
– l-karti tal-attendenza jinżammu għal tliet snin minħabba awditjar kif ukoll għal skopijiet ta’ referenza għal meta jiġu organizzati avvenimenti simili
– Jinkiteb rapport li jipprovdi fil-qosor il-feedback li jinġabar mill-karti ta’ evalwazzjoni li konsegwentement jinżammu għal sena (1).
Lista ta’ Indirizzi ElettroniċiIr-riċevituri għandhom il-possibbiltà li jieqfu jipparteċipawMeta jiġu kuntattati persuni mill-pubbliku ġenerali mill-inidirizzi elettroniċi tal-NCPE, ir-riċevituri jingħataw il-possibbiltà li ma jipparteċipawx/li jneħħu l-abbonament.
Inkella, l-NCPE hija awtorizzata ‘li żżomm kuntatt dirett u kontinwu ma’ korpi lokali u esteri li jaħdmu fil-kamp ta’ kwistjonijiet ta’ugwaljanza, u ma’ gruppi, aġenziji jew individwi oħra skont il-ħtieġa’ skont l-Att dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa, KAP. 456, Artikolu 12(1)(e)
Librerija  
Dettalji ta’ min jissellef mil-librerijaSitt (6) xhur wara li jirritorna r-riżorsi kollha li jkun issellef mil-librerijaBiex ikun żgurat li r-riżorsi jiġu ritornati f’kundizzjoni tajba
GDPR  
Dokumenti ta’ ksur ta’ protezzjoni tad-dataSentejn (2) wara l-konklużjoni tal-investigazzjoni tal-ksur tad-dataDan biex jippermetti li jsir is-segwitu neċessarju fir-rigward ta’ ksur ta’ data. Jinżammu r-rekords ta’ ksur però ma tinżamm l-ebda data personali wara l-perjodu ta’ żamma stabbilit.

Id-data li għandha bżonn tiġi distrutta wara l-perjodu ta’ żamma stabbilit, titħassar b’mod effiċjenti biex ikun żgurat li tali informazzjoni ma tibqax disponibbli fl-NCPE.

 

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data jista’ jiġi kkuntattjat fuq dpo.ncpe@gov.mt jew bit-telefown +356 22768200.

Aġent Direttur Eżekuttiv

Il-Kontrollur tad-Data tal-NCPE jista’ jiġi kkuntattjat fuq:

NCPE, Gattard House, National Road,

Blata l-Bajda, ĦMR 9010 Telefown: +356 22768200 Email: equality@gov.mt

Il-Kummissarju għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni u d-Data

Il-Kummissarju għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni u d-Data jista’ jiġi kkuntattjat fuq: Level 2, Airways House,

High Street, Sliema SLM 1549

Telefown: 23287100

Email: idpc.info@idpc.org.mt

1 F’każ ta’ investigazzjoni ta’ ilmenti, KAP 456, Artikolu 18(5) jistipula li:
“(5) Il-Kummissarju u kull membru ieħor tal-Kummissjoni jew xi membru tal-ħaddiema tal-Kummissjoni għandhom jittrattaw kull ħaġa li jsiru jafu biha matul xi investigazzjoni bħala konfidenzjali u m’għandhomx jiżvelawha kemm-il darba dak l-iżvelar ma jkunx meħtieġ matul xi prosekuzzjoni jew azzjoni għal rimedju taħt dan l-Att.”

2Proċeduri Korporattvi għall-Protezzjoni tad-Data tal-Amministrazzjoni Pubblika u r-Riżorsi Umani – 

Corporate-Procedures-2020-as-at-30.4.20-ver-1.8.pdf

3 3 DoC u DPU kkonfermaw li l-perjodu ta’ żamma għall fajls ta’ kuntratti għadu ma ġiex stabbilit

4Bħal hawn fuq