Bilanċ bejn il-Ġeneri fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet

Menu

L-Għanijiet:
Din l-inizjattiva kienet maħsuba biex permezz tal-għarfien u azzjoni speċifika, tiffaċilita r-rappreżentanza tal-bilanċ bejn il-ġeneri fit-teħid ta’ deċiżjonijiet. L-għanijiet ta’ dan il-proġett kienu li:
  • jiżdied in-numru ta’ nisa f’pożizzjonijiet deċiżjonali;
  • jissaħħaħ u tippermetti lin-nisa jaċċettaw pożizzjonijiet deċiżjonali; u
  • tagħti appoġġ tanġibbli u tinforma lil dawk li jfasslu l-politika dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri fit-teħid ta’ deċiżjonijiet.
Ir-Riċerka:
Rappreżentanza ta’ Bilanċ bejn il-Ġeneri fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet iffokat fuq ir-rappreżentanza ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fil-bordijiet tas-setturi pubbliċi u privati f’Malta u Għawdex. Dan l-istudju ta’ riċerka:
  • evalwa r-rappreżentanza attwali taż-żewġ ġeneri fil-bordijiet u l-perċezzjoni tal-maniġment u l-impjegati fuq din ir-rappreżentanza ta’ bilanċ bejn il-ġeneri;
  • esplora x-xkiel li jeżisti u dak li jista’ jsir biex titjieb ir-rappreżentanza ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fit-teħid ta’ deċiżjonijiet f’Malta u Għawdex;
  • ħares lejn ir-rappreżentanza ta’ bilanċ bejn il-ġeneri f’pożizzjonijiet deċiżjonali politiċi, u ffoka fuq dak li attwalment qed isir mill-partiti prinċipali biex jiksbu dan il-bilanċ fil-partit tagħhom stess;
  • dak li kien qed isir u dak li jista’ jsir fuq livell Ewropew.
Ir-Rappreżentanza ta’ Bilanċ bejn il-Ġeneri fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet- Rapport ta’ Riċerka

Kwoti tal-ġeneru u miżuri oħra analizza dawn il-miżuri fil-bordijiet u fil-kwoti elettorali tal-ġeneru, kif ukoll fi kwalunkwe miżura relevanti/ta’ akkumpanjament bl-għan li jinkiseb bilanċ bejn il-ġeneri fit-teħid ta’ deċiżjonijiet.
Il-Kwoti tal-Ġeneru u Mizuri Oħra lejn Rappreżentanza ta’ Bilanċ bejn il-Ġeneru fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet – Rapport ta’ Riċerka

Il-Programm ta’ Mentoraġġ:
Permezz ta’ dan il-Programm ta’ Mentoraġġ, professjonisti b’esperjenza f’pożizzjonijiet deċiżjonali ħeġġu, mexxew, appoġġaw u mmotivaw nisa li jixtiequ javvanzaw fil-karrieri tagħhom.  Dan il-Programm ta’ Mentoraġġ, primarjament kien jikkonsisti f’job shadowing u laqgħat ras imb ras. Kellu l-għan li jtejjeb it-tkabbir professjonali u personali tal-mentee. Barra minn hekk, il-mentor ukoll ibbenefika sostanzjalment mill-mentoraġġ minħabba li b’kollaborazzjoni mal-mentee, il-mentor żviluppa ideat u ħsibijiet kreattivi. Ġiet organizzata kampanja ta’ pubbliċità, inkluż kampanja ta’ riklamar fuq Facebook, biex tħeġġeġ mentees u mentors japplikaw għall-programm ta’ Mentoraġġ. Ġew organizzati żewġ sessjonijiet ta’ informazzjoni għal mentors u għal mentees rispettivament, biex jipprovdu ħarsa ġenerali lejn il-Programm ta’ Mentoraġġ u biex jiġi kkjarifikat xi tħassib.  Il-Programm ta’ Mentoraġġ tnieda f’Marzu 2015 bi 30 mentee għall-mentoraġġ. Wara li tlesta l-Programm ta’ Mentoraġġ, ġie organizzat seminar fejn il-mentors u l-mentees qasmu l-ħsibijiet u l-esperjenzi tagħhom. Numru minn dawn l-esperjenzi ġew ippubblikati bħala għodda għal taħriġ.
Stqarrija għall-Istampa  bl-Ingliż – Tnedija tal-Programm ta’ Mentoraġġe
Insaħħu l-Iżvilupp tal-Karriera permezz tal-Mentoraġġ – Riflessjonijiet dwar il-Mentoraġġ għal Deċiżuri Aspiranti

Id-Direttorju ta’ Nisa Professjonisti:
Id-Direttorju ta’ Nisa Professjonisti, li tnieda f’Mejju 2015, huwa bażi tad-data onlajn bi profili ta’ nisa professjonisti. Eliġibbiltà biex tkun parti minn dan id-Direttorju skont il-kriterji t’hawn taħt:
  • 5 snin esperjenza f’pożizzjoni deċiżjonali/maniġerjali, u/jew
  • 10 snin għarfien espert speċjalizzat f’qasam partikolari.
Id-Direttorju ta’ Nisa Professjonisti għandu l-għan li jservi bħala inizjattiva pożittiva biex jiġi indirizzat in-nuqqas sinifikanti ta’ rappreżentanza tan-nisa f’pożizzjonijiet deċiżjonali fis-setturi pubbliċi u privati. Id-Direttorju onlajn jagħti viżibbiltà u aktar opportunitajiet lin-nisa professjonisti u kompetenti biex jinħatru f’bordijiet u f’kumitati, u/jew biex jassumu pożizzjonijiet deċiżjonali fis-suq tax-xogħol..
Agħfas hawn biex taċċessa d-Direttorju
Referenza tal-Proġett. ESF 3.196
Isem tal-Proġett Bilanċ bejn il-Ġeneri fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet
Fondi Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), OPII 2007-2013
Data tal-Bidu Jannar 2013
Data tat-Tmiem Diċembru 2015
Imsieħba Il-Konfederazzjoni Maltija tal-Organizzazzjonijiet tan-Nisa (MCWO)
Aġenzija Żgħażagħ