Ilmenti
- Aġġornata l-aħħar: 17/07/2025
L-Investigazzjonijiet tal-Ilmenti
Is-sottomissjoni ta’ lment
Kull persuna li temmen li hija vittma ta’ diskriminazzjoni abbażi ta’:
- sess jew responsabbiltajiet li ġġib il-familja, orjentazzjoni sesswali, età, reliġjon jew twemmin, oriġini etnika jew razzjali, u identità tal-ġeneru, espressjoni tal-ġeneru jew karatteristiċi tas-sess fl-impjieg, banek u istituzzjonijiet finanzjarji kif ukoll fl-edukazzjoni; u
- diskriminazzjoni abbażi tal-oriġini etnika jew razzjali u tal-ġeneru fl-aċċess ta’ oġġetti jew servizzi u l-provvista tagħhom, kif ukoll
- fil-libertà ta’ moviment għall-ħaddiema fl-UE
Tista’ tissottometti lment lill-NCPE billi timla l-formola t’hawn taħt:
Formola tal-Ilmenti bl-Ingliż
Il-Proċedura għall-Ilmenti
- Il-Kummissarju jista’ jibda investigazzjonijiet minn jeddu dwar:
(i) kull ħaġa li tinvolvi xi att jew ommissjoni li jkunu allegatament illeġittimi;
(ii) malli jirċievi lment bil-miktub minn persuni li jallegaw li jkunu l-vittmi ta’ xi diskriminazzjoni - Kull każ li jiġi ppreżentat għal investigazzjoni jiġi amministrat bil-kunfidenzjalità.
- Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) tista’ tieħu passi biss fuq ilmenti li jsiru bil-miktub.
- Biex tagħmel ilment minħabba xi raġunijiet li jaqgħu taħt il-mandat tal-NCPE imsemmija hawn fuq, tista’ timla l-Formola tal-Ilmenti. Ladarba timtela’, il-formola għandha tiġi ffirmata u tintbagħat lill-NCPE.
- Dawk il-persuni li jixtiequ jagħmlu ilment iżda għandhom bżonn għajnuna biex jimlew il-Formola tal-Ilmenti, jistgħu jikkuntattjaw lill-NCPE fuq +356 22768200 jew [email protected] biex jagħmlu appuntament mat-Taqsima tal-Ilmenti.
- Il-formoli huma jew bil-Malti jew bl-Ingliż.
- Kull ilment jiġi rikonoxxut bil-miktub.
- Il-Kummissarju tal-NCPE jikteb lill-parti/partijiet li sar l-ilment dwarhom, jinfurmahom dwar l-allegazzjonijiet li saru u jitlobhom għall-verżjoni tal-fatti tagħhom. Il-partijiet ikkonċernati jiġu mitluba jissottomettu rapport fi żmien 10 ġranet tax-xogħol skont il-Kapitolu 456.
- Biex jgħinu fl-investigazzjonijiet, jistgħu jsiru intervisti wiċċ imb wiċċ.
- Il-Kummissarju jista’ wkoll jibgħat għaż-żewġ partijiet u jagħmilha ta’ medjatur biex tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-partijiet kollha involuti, sakemm ikun hemm il-kunsens taż-żewġ partijiet.
- L-NCPE tagħmel ħilitha biex tiżgura li kull ilment jiġi trattat fl-inqas żmien possibli.
Wara l-investigazzjoni, il-Kummissarju jista’:
- a) Jiċħad l-ilment;b) Jiddeċiedi li l-ilment ikun ġie ppruvat u għaldaqshekk huwa għandu:
(i) meta l-azzjoni li jkun sar ilment dwarha tkun tikkostitwixxi reat, għandu jsir rapport lill-Kummissarju tal-Pulizija biex imexxi min-naħa tiegħu; jew
(ii) meta l-azzjoni li jkun sar ilment dwarha ma tkunx tikkostitwixxi reat, għandha tiġi interpellata l-persuna li kontriha jkun sar l-ilment sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni, u tagħmilha ta’ medjatur bejn min jilmenta u dik il-persuna bil-għan li tiġi risolta l-kwistjoni.
c) Il-Kummissjoni tista’ hi nnifisha tirreferi l-kwistjoni lill-qorti ċivili kompetenti jew lit-Tribunal Industrijaligħal rimedju.
Gwida kif tagħmel ilment dwar diskriminazzjoni