Tfittxija

Menu

 It-Tfittxija fid-Direttorju ta’ Nisa Professjonisti 

Id-Direttorju ta’ Nisa Professjonisti għandu l-għan li jservi bħala inizjattiva pożittiva biex jiġi indirizzat in-nuqqas sinifikanti ta’ rappreżentanza tan-nisa f’pożizzjonijiet deċiżjonali fis-setturi pubbliċi u privati.  Id-Dirretorju onlajn jagħti viżibbiltà u aktar opportunitajiet lin- nisa professjonisti u kompetenti biex jinħatru f’bordijiet u f’kumitati, u/jew biex jassumu pożizzjonijiet deċiżjonali fis-suq tax-xogħol. 

L-informazzjoni li fih dan id-Direttorju hija biss għal skopijiet ta’ informazzjoni ġenerali u hija pprovduta minn dawk li għandhom profil. Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza mhijiex responsabbli u ma tagħti l-ebda garanziji fir-rigward tal-verità u/jew akkuratezza tal-informazzjoni pprovduta minn dawk li għandhom profil.

Għal skopijiet ta’ sigurtà, il-kontenut tal-messaġġi li jintbagħat lil dawk li għandhom profil jista’ jiġi sorveljat mill-persunal tal-NCPE.