Il-Liġijiet dwar l-Ugwaljanza

Menu

Il-leġiżlazzjoni dwar l-ugwaljanza skont il-mandat tal-NCPE tkopri trattament ugwali fl-:

  • Impjieg;
  • Edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali;
  • Banek u istituzzjonijiet finanzjarji (fl-għotja ta’ kwalunkwe faċilità jew assigurazzjoni fir-rigward ta’ negozji jew persuni li jaħdmu għal rashom; uoyment); and ​
  • Oġġetti u servizzi.

Ir-responsabbiltajiet tal-NCPE, fir-rigward ta’ impjieg; edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali; banek u istituzzjonijiet finanzjarji ikopru ugwaljanza fuq il-bażijiet ta’ sess/ġeneru u responsabbiltajiet li ġġib il-familja, orjentazzjoni sesswali, età, reliġjon jew twemmin, oriġini etnika jew razzjali, u identità tal-ġeneru, espressjoni tal-ġeneru jew karatteristiċi tas-sess skont Chapter 456, Equality for Men and Women Act..

Fir-rigward tal-aċċess u l-provvista ta’ oġġetti u servizzi, il-mandat tal-NCPE ikopri nondiskriminazzjoni abbażi ta’ oriġini etnika/razzjali u tal-ġeneru skont LN 85/2007 Ordni dwar Trattament Indaqs ta’ Persuni fir-rigward tal-oriġini etnika/razzjali u LN 181/2008 Regolamenti dwar Trattament Indaqs fl-Aċċess u l-Provvista ta’ Oġġetti u Servizzi fir-rigward tal-ġeneru.

Fl-aspetti kollha tal-mandat tal-NCPE, kemm id-diskriminazzjoni diretta u indiretta, huma kkunsidrati bħala forom ta’ diskriminazzjoni.

Għal dan il-għan, id-diskriminazzjoni diretta hija definita bħala meta persuna tiġi ttrattata inqas favorevolment minn kif persuna oħra tkun, kienet tiġi, jew kieku tkun, ittrattata f’sitwazzjoni simili’ u d-diskriminazzjoni indiretta hija ‘meta dispożizzjoni, kriterju jew prattika li jidhru newtrali jistgħu jqiegħdu persuna fi żvantaġġ partikolari meta mqabbla ma’ persuni oħra, kemm-il darba dik id-dispożizzjoni, dak il-kriterju jew dik il-prattika ma jkunux oġġettivament ġustifikati minn skop leġittimu u l-mod kif jintlaħaq dak l-iskop ikun wieħed adatt u meħtieġ.’

Legal provisions also cover:

Instruction to discriminate is when one individual tells another individual to discriminate against a third person.

Il-Vittimizzazzjoni ssir meta individwi jiġu ttrattati b’mod diskriminatorju għaliex ikunu għamlu lment dwar diskriminazzjoni jew għaliex ikunu għenu fi proċeduri dwar każ ta’ diskriminazzjoni.

Il-Fastidju għandu jitqies bħala imġiba mhux mixtieqa li ssir bl-iskop jew bl-effett li jikser id-dinjità ta’ persuna u li toħloq ambjent intimidatorju, ostili, degradanti, umiljanti jew offensiv.

Il-Fastidju Sesswali huwa kwalunkwe forma ta’ mġiba mhux mixtieqa, sew verbali, mhux verbali jew fiżika, ta’ xorta sesswali bl-iskop jew bl-effett li tikser id-dinjità ta’ persuna, b’mod partikolari meta din tkun toħloq ambjent intimidatorju, ostili, degradanti, umiljanti jew offensiv.

Il-mandat tal-NCPE ikopri wkol il-libertà ta’ moviment għall-ħaddiema fl-UE fir-rigward ta’:

  • l-aċċess għall-impjiegi;
  • il-kundizzjonijiet tal-impjieg u x-xogħol;
  • l-aċċess għall-vantaġġi soċjali u tat-taxxa;
  • is-sħubija ma’ trejdjunjins u eliġibbiltà għall-korpi rappreżentattivi tal-ħaddiema;
  • l-aċċess għat-taħriġ;
  • l-aċċess għall-akkomodazzjoni;
  • l-aċċess għall-edukazzjoni, apprentistati u taħriġ vokazzjonali għat-tfal tal-ħaddiema; u
  • l-għajnuna mogħtija mill-uffiċċju tal-impjiegi.