Insaħħu l-Ugwaljanza Lil Hinn mil-Leġiżlazzjoni

Menu

SEBL

L-Għanijiet: 

Insaħħu l-Ugwaljanza Lil Hinn mil-Leġiżlazzjoni hija inizjattiva li ġiet iddisinjata sabiex tissensitizza u tistimola azzjoni speċifika mill-partijiet interessati bħala l-kontribut tagħhom lejn ugwaljanza de facto. Din l-inizjattiva kienet ibbażata fuq sitt oqsma ta’ diskriminazzjoni: il-ġeneru (li ġie trattat b’mod orizzontali sal-aħħar), l-età, id-diżabbiltà, l-orjentazzjoni sesswali, ir-razza u l-etniċità, ir-reliġjon/twemmin.

 

L-għanijiet ta’ din l-inizjattiva kienu:

  • LImplimentazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar in-nondiskriminazzjoni;
  • L-Iżvilupp ta’ politika nazzjonali biex tiġġieled id-diskriminazzjoni u tippromwovi l-ugwaljanza lil hinn mil-leġiżlazzjoni;
  • It-Trawwim u t-tixrid ta’ informazzjoni dwar politiki u leġiżlazzjonijiet nazzjonali u tal-UE fil-qasam tan-nondiskriminazzjoni.

 

Ir-Riċerka:

 L-analiżi ta’ inċidenti diskriminatorji sottorappurtati lill-korpi responsabbli. Dan l-istudju ta’ riċerka eżamina liema korpi pubbliċi huma responsabbli biex jirċievu dawn ir-rapporti u jekk dawn humiex effettivi; jekk il-persuni humiex konxji tad-drittijiet tagħhom; u jekk il-vittmi ta’ diskriminazzjoni jafux li t-trattament li rċevew kien diskriminatorju. Din ir-riċerka kkonfermat li ħafna nies ma jirrappurtawx każijiet ta’ diskriminazzjoni lill-korpi responsabbli.

 

L-Istudju ta’ Riċerka – Sottorappurtar ta’ Inċidenti Diskriminatorji f’Malta

 

Ir-Reviżjoni dwar l-Ugwaljanza tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali (NMC) analizzat l-NMC minn perspettiva ta’ ugwaljanza fuq is-sitt oqsma ta’ diskriminazzjoni u tat rakkomandazzjonijiet dwar kif jista’ jiġi integrat il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-NMC, partikolarment permezz ta’ riċerka, politika u qafas istituzzjonali, monitoraġġ u reviżjoni, sensibilizzazzjoni u żvilupp ta’ għodod.

 

Il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali – rapport ta’ reviżjoni tal-ugwaljanza

 

 L-Istudju pilota dwar il-midja preferuta tal-minoranzi f’Malta, li jiffoka fuq il-minoranza Afrikana. Din ir-riċerka twettqet bl-għan li jiġu organizzati kampanji dwar kwistjonijiet relevanti mmirati lejn il-minoranza Afrikana f’Malta.

L-iżvilupp ta’ Pjan t’Azzjoni Nazzjonali Kontra r-Razziżmu u l-Ksenofobija, li kellu l-mira li jipprovdi direzzjoni strateġika għall-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija u li jiżviluppa soċjetà aktar ugwali, inklussiva u interkulturali.

 

Fuljett –  Il-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali kontra r-Razziżmu u l-Ksenofobija 

It-Taħriġ:

 

Is-sessjonijiet ta’ taħriġ li saru bħala parti minn din l-inizjattiva kellhom miri u udjenzi wesgħin.

 

  • Sessjonijiet għall-interazzjonijiet bejn l-organizzazzjonijiet fejn iż-żewġ organizzazzjonijiet preżenti għat-taħriġ, inkluż l-NCPE, spjegaw il-mod kif jaħdmu u identifikaw oqsma ta’ koperazzjoni possibbli bejn iż-żewġ entitatjiet.
  • Sessjonijiet ta’ forum theatre għal studenti sekondarji u post-sekondarji sa 17-il sena, li inkludew numru ta’ attivitajiet, logħob u plays qosra biex isaħħu l-ħiliet tal-istudenti sabiex itejbu u jiżviluppaw il-kreattività tagħhom billi jisfidaw l-istereotipi u d-diskriminazzjoni.
  • Interdiversity seminar għal żgħażagħ biex joħolqu komprensjoni komuni dwar kwistjonijiet relatati ma’ diskriminazzjoni fuq kull bażi waqt li jiffaċilitaw in-netwerking bejn NGOs differenti.

 

It-Tkabbir tal -Għarfien:

Kampanja onlajn ta’ sensibilizzazzjoni u kampanja b’artikli fil-gazzetti. Is-slogan “Naraw l-Ugwaljanza Sseħħ” tpoġġa flimkien ma’ stampa ta’ ċagħqa li ntgħażlet minħabba s-saħħa u s-solidità tagħha kif ukoll għall-individwalità tagħha. Il-kampanja onlajn inkludiet logħba fejn l-utenti kellhom iqabblu sett ta’ ċagħaq f’ċirku jixgħel li juri li l-unità fid-diversità huwa l-mod kif għandna nimxu ‘l quddiem.  Il-kampanja fuq il-gazzetti tefgħet dawl u qajmet kuxjenza dwar kwistjonijiet relatati mad-diskriminazzjoni u l-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol.

 

Inizjattiva oħra kienet il-Kompetizzjoni dwar l-Ugwaljanza fl-Iskejjel li tat promozzjoni u ppremjat ir-responsabbiltà edukattiva fir-rigward tal-ugwaljanza. L-iskejjel sekondarji f’Malta u Għawdex ġew mistiedna jelenkaw kwalunkwe inizjattiva li saret biex iżżid opportunitajiet ugwali, joħolqu ambjent iktar inklussiv, jippromwovu d-diversità u jsaħħu d-djalogu sabiex itejbu l-kwalità tal-ħajja tal-istudenti fuq livell edukattiv u personali.

 

 

Attivitajiet Oħra:

 

Il- konferenza ta’ tnedija ta’ din l-inizjattiva saret flimkien mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni Diżabilità (KNPD) li nediet proġett ieħor kofinanzjat mill-Programm PROGRESS. 

 

 Stqarrija għall-Istampa bl-Ingliż

 Stqarrija għall-Istampa bil-Malti

 

Waqt il-Konferenza Finali, ġew ippreżentati l-eżiti tar-riċerka, tat-taħriġ u tal-kampanji lill-pubbliku ġenerali u r-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet. Ġew ippreżentati wkoll is-sejbiet tal-evalwatur estern ta’ din l-inizjattiva.

 

 Stqarrija għall-Istampa bl-Ingliż 

 Stqarrija għall-Istampa bil-Malti

 

 Ir-Rapport Finali (Parti 1 / Parti 2

 

 

               Referenza tal-Proġett      VS/2009/0405

               Isem tal-Proġett   Insaħħu l-Ugwaljanza Lil Hinn mil-Leġiżlazzjoni

               Fondi                 Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – PROGRESS 

                                       (2007-2013)

                                       Data tal-Bidu         Diċembru 2009

               Data tat-Tmiem           Novembru 2010