Inwittu t-triq għall-Indipendenza Ekonomika

Menu

L-Għanijiet
Inwittu t-triq għall-Indipendenza Ekonomika tnieda f’Settembru 2018 u baqa’ għaddej sa Awwissu 2020. Il-proġett indirizza d-differenzi bejn il-ġeneru matul ċ-ċiklu tal-ħajja.  Apparti l-pubbliku ġenerali, il-proġett kellu tliet gruppi partikolari fil-mira; studenti, adulti fl-età tax-xogħol u organizzazzjonijiet. L-istudenti ġew mħeġġa jagħmlu għażliet għaqlin minħabba li d-deċiżjonijiet li jagħmlu llum iħallu effett fuq il-propsetti tal-karriera futura tagħhom.  L-adulti fl-età tax-xogħol saru iktar konxji tad-diskrepanza fil-paga bejn il-ġeneri, l-effetti tal-penalizzazzjoni tal-kura u tal-pagi ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali, id-diskrepanza fil-penzjonijiet bejn il-ġeneri, u r-riskju tal-faqar. Sabiex jittaffew xi ftit minn dawn il-kwistjonijiet, l-NCPE reġgħet nediet il-Marka tal-Ugwaljanza billi żżid l-għodda li tkejjel l-ugwaljanza fil-pagi. Il-proġett kellu l-għan li:
  • Iżid l-għarfien kemm dwar id-diskrepanza fil-paga bejn il-ġeneri kif ukoll id-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn il-ġeneri;
  • Iżid l-għarfien permezz ta’ taħriġ differenti u inizjattivi biex jilħaq aktar nies;
  • Jipprovdi informazzjoni lil studenti dwar għażliet ta’ suġġetti u karrieri futuri;
  • Iqajjem mill-ġdid u jerġa’ jniedi ċ-Ċertifikazzjoni tal-Marka tal-Ugwaljanza
  • Isaħħaħ ir-rappreżentanti tal-unjin b’għarfien dwar pagi ugwali għan-nisa u għall-irġiel.
Il-Konferenza ta’ tnedija
Konferenza stampa MT
Preżentazzjoni 1: Inwittu t-triq għall-Indipendenza Ekonomika, Is-Sa Renee Laiviera – NCPE
Preżentazzjoni 2: Project oveĦarsa ġenerali dwar il-proġetrview​, Is-Sa Annalise Frantz – NCPE
Ir-Riċerka
Dan il-proġett kien fih żewġ studji ta’ riċerka:
  • Għodda għal Paga Ugwali – L-għan ta’ dan l-istudju huwa li jfittex u jitgħallem dwar għodod Ewropej għal Paga Ugwali ta’ suċċess sabiex tiġi żviluppata għodda simili li hija adattata għas-suq tax-xogħol Malti u mfassla apposta għall-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-Marka tal-Ugwaljanza.
Agħfas hawn biex tniżżel l-Istudju ta’ Riċerka
  • Studju ta’ Riċerka dwar it-Trejdjunjins – L-għan ta’ dan l-istudju huwa li jfittex u jitgħallem kif rappreżentanti ta’ Trade Unions Ewropej oħra jħaddnu l-prinċipju ta’ paga ugwali għan-nisa u għall-irġiel waqt ftehim ta’ negozjar kollettiv u jwasslu dan l-għarfien lil rappreżentanti ta’ unjins lokali minħabba li l-NCPE tikkunsidra li dan huwa ta’ importanza kbira minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom.
Agħfas hawn​ biex tniżżel l-Istudju ta’ Riċerka
Il-Marka tal-Ugwaljanza
Titjib fil-Marka tal-Ugwaljanza, ċertifikazzjoni li tingħata lil kumpaniji/organizzazzjonijiet li jpoġġu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala waħda mill-valuri tagħhom u li l-ġestjoni tagħhom tkun ibbażata fuq ir-rikonoxximent u l-promozzjoni tal-potenzjal tal-impjegati kollha irrispettivament mill-ġeneru u r-responsabbiltajiet ta’ kura tagħhom. L-NCPE qed issaħħaħ il-miżura għal paga ugwali għan-nisa u għall-irġiel billi qed tiżviluppa għodda li biha tista’ tiġi ċċekkjata l-ugwlajanza fil-paga waqt awditi tal-Marka tal-Ugwaljanza. L-NCPE kisbet is-servizzi ta’ riċerkatur biex jiġbor l-aħjar prattiki li huma diġà disponibbli. Minħabba dan it-titjib, l-NCPE qed terġa’ tniedi l-Marka tal-Ugwaljanza billi ssaħħaħ l-għodda li tkejjel l-ugwaljanza fil-pagi, li se titfa’ dawl fuq is-sinifikat u r-realtajiet ta’ paga ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali għan-nisa u għall-irġiel. Iċ-Ċertifikazzjoni tal-Marka tal-Ugwaljanza – Dokument ta’ Informazzjoni Iċ-Ċertifikazzjoni tal-Marka tal-Ugwaljanza – Formola ta’ Applikazzjoni Il-Fuljett tal-Marka tal-Ugwaljanza  – Fuljett​​​
Il-Ħolqien ta’ Għarfien
Il-Kampanja dwar id-Diskrepenza fil-Pagi bejn il-Ġeneri hija l-ewwel kampanja, li tnediet u tlestiet fl-2019. Din teduka lill-pubbliku ġenerali dwar id-diskrepanza fil-pagi bi statistiċi u informazzjoni fattwali dwar il-kwistjoni permezz ta’ artikli u riklami fuq il-gazzetti, intervisti fuq l-istazzjonijiet televiżivi nazzjonali kif ukoll fuq stazzjonijiet tar-radju. Artikolu 1 – Id-diskrepanza fil-pagi bejn il-ġeneri: ħrafa jew realtà?
Artikolu 2 – X’inhuma r-raġunijiet li jwasslu għad-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel?
Artikolu 3 – Pagi Ugwali huma Importanti
Artikolu 4 – X’inhu jsir biex niġġieldu d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel?
Advert – Id-Diskrepanza fil-Pagi bejn il-Ġeneri f’Malta
Il-kampanja sussegwenti ffukat fuq id-Diskrepanza fil-Pensjonijiet bejn il-Ġeneri. Din kienet kampanja awdjoviżiva permezz ta’ serje ta’ ħames stejjer meħudin mill-ħajja reali li juru kif id-deċiżjonijet li jittieħdu matul il-ħajja, iħallu impatt fuq il-futur. Minħabba raġunijiet ta’ sensittività, dawn l-istejjer ġew imwassla minn atturi professjonali. Lisa Galea Mary Brincat Rose Catania Susie Attard Tessie Micallef
Seminar
Fid-19 ta’ Novembru 2019, ġie organizzat seminar għal partijiet interessati differenti sabiex titqajjem iktar il-kuxjenza u d-diskussjoni dwar id-diskrepanza fil-pagi bejn il-ġeneri, l-inattività u d-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn il-ġeneri. Is-seminar kellu żewġ panels: Mill-Iskola għax-Xogħol Id-deċiżjonijiet tal-istudenti meta jagħżlu l-karriera tagħhom u Minn diskrepanza fil-pagi bejn il-ġeneri għal diskrepanza fil-pensjonijiet bejn il-ġeneri. L-udjenza fil-mira ta’ dan is-seminar kienu dawk li jfasslu l-politika nazzjonali, imsieħba soċjali, NGOs u partijiet interessati relevanti kif ukoll il-pubbliku ġenerali. Konferenza Stampa: MT Preżentazzjoni 1: Mill-iskola għax-xogħol- L-isfond Preżentazzjoni 2: Mid-diskrepanza fil-pagi bejn il-ġeneri għad-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn il-ġeneri
Is-Sessjoni ta’ Gwida Vokazzjonali
Seminar ta’ taħriġ għal min iħarreġ sar lil aktar minn 60 gwida vokazzjonali, għalliema vokazzjonali u guidance teachers. L-għalliema ġew imħarġa kif isaħħu lill-istudenti biex jagħmlu għażliet bil-għaqal meta jagħżlu suġġetti. It-taħriġ iffoka fuq kif il-bniet jaffaċċjaw dawk l-ostakli li jistgħu jiltaqgħu magħhom meta jibdew il-ħajja tax-xogħol professjonali tagħhom. Dan żgur jgħin biex jiġu żviluppati ħiliet għal ħsieb kritiku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet. Preżentazzjoni: Taħriġ lil Gwidi Vokazzjonali, Is-Sur Andre Callus – NCPE
It-Taħriġ lil Rappreżentanti tal-Unjin
Saru sessjonijiet ta’ konsultazzjoni ma’ rappreżentanti tal-unjin dwar pagi ugwali għan-nisa u għall-irġiel. L-għan ta’ dawn is-sessjonijiet kien li jiġi diskuss kif jintlaħqu pagi ugwali waqt ftehim ta’ negozjar kollettiv. Ġie ppreżentat ktejjeb b’informazzjoni li ħareġ mill-istudju ta’ riċerka lit-trejdjunjins li pparteċipaw. Preżentazzjoni: Sessjonijiet ta’ Konsultazzjoni lit-Trejdjunjins ,Is-Sur Andre Callus – NCPE Ktejjeb ta’ informazzjoni – MT
Il-Konferenza finali
Stqarrija għall-istampa: MT​
Preżentazzjoni 1: Ħarsa ġenerali dwar il-proġett​, Is-Sa Annalise Frantz – NCPE
Preżentazzjoni 2: Azzjonijiet u Attivitajiet tal-PGEI​, Is-Sa Joana Micallef – NCPE
Preżentazzjoni 3: L-eżiti tal-istudju ta’ riċerka; Għodda għal Pagi Ugwali, – KPMG
Preżentazzjoni 4: L-eżiti tal-istudju ta’ riċerka; Pagi Ugwali waqt Ftehimiet Kollettivi għat-Trejdjunjins, , M. Fsadni & Associates
Preżentazzjoni 5; Eżiti tal-istudju ta’ evalwazzjoni, – NCP Consult SRLS
Referenza tal-Proġett. 820451
Isem tal-Proġett Inwittu t-triq għall-Indipendenza Ekonomika
Fondi Il-Proġett huwa finanzjat mill-Programm ta’ Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea (2014-2020) u Fondi Nazzjonali (80% 20%)
Data tal-Bidu September 2018
Data tat-Tmiem August 2020