L-integrazzjoni tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi - id-Direzzjoni għall-Ġejjieni

Menu

Gender_Mainstreaming2
L-Għanijiet:

L-għan prinċipali ta’ din l-inizjattiva kien li jtejjeb il-parteċipazzjoni u l-avvanz tan-nisa fis-suq tax-xogħol b’mod partikolari permezz tal-identifikazzjoni u l-promozzjoni ta’ miżuri għal bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja kif ukoll permezz ta’ miżuri favur il-familja.

Din l-inizjattiva kellha wkoll l-għan li tissensitizza l-imsieħba soċjali dwar il-kosteffettività u benefiċċji oħra tal-provvedimenti favur il-familja, bħal proċessi u relazzjonijiet tax-xogħol iktar effettivi u żieda fil-produttività.

  Ir-Riċerka:   L-istudji ta’ riċerka li ġejjin twettqu bħala parti minn din l-inizjattiva:  
  • Ir-Riċerka dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri favur il-familja fuq il-post tax-xogħol:  studju ta’ evalwazzjoni ta’ kumpaniji lokali privati biex jiġu identifikati l-benefiċċji ta’ ambjent favur il-familja.  L-għan ta’ dan l-istudju kien li jiġi analizzat kif dawn il-miżuri jilħqu l-ħtiġijiet kemm ta’ min iħaddem kif ukoll tal-impjegati billi jiġi identifikat it-tibdil reġistrat fil-prestazzjoni organizzattiva.
  • Ir-Reviżjoni tal-Pagi Bejn il-Ġeneri:  analiżi kwantitattiva ta’ pożizzjonijiet u salarji ta’ impjegati li tanalizza u tiddentifika ostakli għall-opportunitajiet u pagi indaqs.
  • It-Tracer study li jsegwi l-karriera u l-kundizzjonijiet ta’ xogħol ta’ gradwati fis-suq tax-xogħol:  evalwazzjoni ta’ karrieri magħżula minn gradwati nisa u gradwati rġiel li tfittex u ssib ir-raġunijiet għall-għażla tal-karriera tagħhom sabiex tidentifika jekk dik l-għażla kinitx għażla reali jew kors ta’ azzjoni aktar vijabbli.
  • Ir-Rapport ta’ Riċerka ta’ Proġett Pilota dwar it-Teleworking: evalwazzjoni tal-benefiċċji tal-flessibbiltà fejn ġew identifikati l-eżiti tal-proċessi tax-xogħol qabel u wara l-implimentazzjoni tagħha. L-Analiżi ta’ erba’ impjegati tal-gvern li kienu jużaw it-teleworking; u ta’ kumpaniji oħra li użaw it-teleworking billi ħarsu lejn il-vantaġġi u/jew il-limitazzjonijiet skont ambjenti differenti ta’ xogħol biex b’mod kontemporanju jilħqu r-rekwiżiti tal-impjegat u dawk organizzattivi.
  Dawn li ġejjin huma l-pubblikazzjonijiet tar-riċerka: Is-Sensibilizzazzjoni: Ġew użati mezzi differenti ta’ komunikazzjoni biex tixxerred informazzjoni dwar l-NCPE, inklużi: billboards, posters, bus-wraps, fuljetti, u riklami fuq ir-radju u t-TV.
Referenza tal-Proġett. ESF 23
Isem tal-Proġett L-integrazzjoni tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi – id-Direzzjoni għall-Ġejjieni
Fondi Il-Fond Soċjali Ewropew
Data tal-Bidu Frar 2005
Data tat-Tmiem Ġunju 2009