Leħen għal Kulħadd

Menu

L-Għanijiet:
  • It-tisħiħ tal-parteċipanti biex jisfidaw il-proċessi tat-tagħlim u tal-ħsieb li jwasslu għal diskriminazzjoni abbażi ta’ oriġini razzjali u etnika, orjentazzjoni sesswali, ġeneru, età, reliġjon u diżabbiltà kif ukoll ta’ diskriminazzjoni doppja/multipla.  
  • L-inkoraġġiment tal-approvazzjoni tad-diversità li jttejjeb il-kwalità tal-ħajja billi jipprovdi informazzjoni, spazju u ħin għall-parteċipanti biex jaħsbu dwar id-diskriminazzjoni u s-sitt oqsma ta’ diskriminazzjoni.
  • L-attivazzjoni tal-koperazzjoni u l-promozzjoni tad-djalogu sabiex il-parteċipanti jaddottaw prospettiva li hija bbażata fuq sensibilizzazzjoni u fehim.
Ir-Riċerka:

Ir-Riċerka fuq prattiki tajbin immirati lejn il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-promozzjoni tal-ugwaljanza għal raġunijiet different f’Malta kif ukoll fit-tliet pajjiżi msieħba tranżnazzjonali partikolarment Ċipru, l-Italja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Ir-riċerka analizzat kif dawn il-prattiki tajbin jgħinu fl-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fis-setturi differenti, inklużi s-settur pubbliku, is-settur privat, il-media, is-soċjetà ċivili u l-qasam edukattiv.

Id-Dokument ta’ Prattiki Tajbin

Dawn il-prattiki tajbin ġew osservati b’mod dirett f’kull pajjiż sieħeb fejn id-diskussjonijiet iffokaw fuq l-implimentazzjoni ta’ dawn il-prattiki u dwar kif dawn il-prattiki jfittxu li jiġġieldu d-diskriminazzjoni u jinkoraġġixxu l-inklużjoni soċjali għal gruppi soċjali marġinalizzati.

 Ir-Rapport ta’ Riċerka It-Taħriġ:

Il-forum theatre ġie użat bħala waħda mill-għodod ewlenin biex il-parteċipanti fehmu kif titrawwem l-ugwaljanza fil-ħajja u kif tadotta approċċ aktar dinamiku li jħeġġeġ lill-parteċipanti jisfidaw id-diskriminazzjoni b’mod dirett iżda mhux vjolenti.

Għaldaqstant, il-parteċipanti ġew sensitizzati dwar is-sitt oqsma ta’ diskriminazzjoni u dwar kif jiddentifikaw każijiet fejn tkun seħħet diskriminazzjoni.  Il-parteċipanti setgħu wkoll jassessjaw ir-rwol tagħhom fil-promozzjoni u l-ħolqien ta’ opportunitajiet indaqs.

It-Tkabbir tal-Għarfien:

Ġiet organizzata kampanja ta’ tkabbir ta’ għarfien li saret f’padiljun fil-Belt Valletta biex taqsam u xxerred l-informazzjoni li nġabret mir-riċerka dwar il-prattiki tajbin.

Inkitbet reċta dwar is-sitt oqsma ta’ diskriminazzjoni kif ukoll id-diskriminazzjoni doppja/multipla u ttellet fil-markì fil-Belt Valletta u fis-Soċjetà Filarmonika tan-Nadur, Għawdex.  Ir-reċta fittxet li tipprovdi lill-udjenza l-ħin, l-ispazju u l-possibbiltà biex jaħsbu dwar l-istereotipi u d-diskriminazzjoni għaldqastant issaħħaħhom biex jifformolaw l-ideat tagħhom u jisfidaw id-diskriminazzjoni.  L-iskript ġie stampat u mqassam lill-iskejjel, lill-Ministeri u l-NGOs għall-promozzjoni tar-replika tar-reċta.

 L-iskript tal-Play

Tnediet kompetizzjoni tal-prattiki tajbin biex tinkoraġġixxi r-responsabbiltà soċjali u korporattiva billi ssaħħaħ lill-parteċipanti sabiex jisfidaw id-diskriminazzjoni.  Il-prattiki tajbin rebbieħa ġew inklużi f’dokument u ppreżentati ma’ plakka kommemorattiva li tissimbolizza l-impenn tagħhom lejn l-ugwaljanza.

Inħolqu numru ta’ Avviżi ta’ Servizz Pubbliku fuq it-TV u r-radju bl-għan li jissensitizzaw lill-pubbliku ġenerali dwar is-sitt oqsma ta’ diskriminazzjoni li ġew imxandrin fuq l-istazzjonijiet ewlenin tat-TV u r-radju.  Ġew ippubblikati riklami fuq il-gazzetti biex jippromwovu u jinfurmaw lill-pubbliku dwar l-azzjonijiet u l-prattiki varji li jistgħu jiġu adottati.

Inħoloq sit web interattiv biex iservi bħala l-portal ewlieni tal-Leħen għal Kulħadd u li inkorpora l-attivitajiet u l-avvenimenti kollha.  L-attrazzjoni ewlenija tas-sit web kien kwiżż faċli għall-utent dwar is-sitt oqsma ta’ diskriminazzjoni li serva bħala għodda edukattiva billi kabbar l-għarfien f’dan il-qasam. 

Inħarġu u tqassmu wkoll il-fuljetti li ġejjin: Attivitajiet Oħra:

Il-Konferenza Finali ppreżentat ir-riżultati tar-riċerka dwar prattiki tajbin minn Malta, l-Italja, Ċipru u l-Irlanda ta’ Fuq.  Matul il-konferenza finali, l-evalwaturi ppreżentaw is-sejbiet tal-istudju ta’ riċerka komparattiva tagħhom, fejn analizzaw ir-risposti tal-parteċipanti fl-inizjattiva Leħen għal Kulħadd u dawk fi studji Ewrobarometri differenti.

Ir-Rapport Finali
Referenza tal-Proġett. VS/2007/0477
Isem tal-Proġett Leħen għal Kulħadd
Fondi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali– PROGRESS (2007-2013)
Data tal-Bidu Diċembru 2007
Data tat-Tmiem Frar 2009
Imsieħba ‘Institute for Conflict Research’ tal-Irland ta’ Fuq
Italja UNAR (Dipartimento per le Pari Opportunità)
Ċipru – ‘SYMFILIOSI’