M’inix Persuna Razzista, Imma ...

Menu

Im_not_Racist.png
L-Għanijiet:

Din l-inizjattiva saret bl-għan li tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni razzjali billi:

  • jkun hemm fehim ċar tas-sitwazzjoni tal-minoranzi etniċi u tal-akkomodazzjoni; u tħeġġeġ lill-partijiet interessati rispettivi biex jevitaw jew jiġġieldu d-diskriminazzjoni f’dan il-qasam;
  • tħeġġeġ il-minoranza Afrikana biex iwasslu leħenhom, biex jippromwovu d-drittijiet tagħhom u jirrapportaw id-diskriminazzjoni
  • tqajjem kuxjenza dwar id-diskriminazzjoni razzjali u tippromwovi d-diversità kulturali.
Ir-Riċerka

Saret riċerka dwar gruppi ta’ immigranti u minoranzi etniċi u akkomodazzjoni. Dan l-istudju kwalitattiv iffoka fuq l-esperjenzi ta’ immigranti u minoranzi etniċi fir-rigward ta’ akkomodazzjoni u fuq it-tħassib ta’ sidien ta’ propjetà u/jew ir-rappreżentanti tagħhom f’dan ir-rigward. Għalhekk ġie żviluppat programm ta’ taħriġ għas-sidien ta’ proprjetà u r-rappreżentanti tagħhom ibbażat fuq ir-riżultati li ħarġu minn din ir-riċerka.

Gruppi ta’ immigranti u ta’ Minoranzi Etniċi u l-Akkomodazzjoni f’Malta – Rapport ta’ Riċerka

Abbażi tar-riżultati ta’ din ir-riċerka tħejjew żewġ fuljetti b’informazzjoni dwar l-akkomodazzjoni. Fuljett minnhom, li kien immirat lejn is-sidien ta’ propjetà u r-rappreżentanti tagħhom, wassal informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni relevanti kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi relatati. Fuljett ieħor, li kien immirat lejn l-immigranti u l-minoranzi etniċi, inkluda informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-okkupanti.

Il-Gwida għas-Sidien ta’ Proprjetà – EN

Il-Gwida għall-Okkupanti –EN/FR/Somali/Tigrinya

It-Taħriġ:

Fit-taħriġ li sar għall-minoranza Afrikana ġew diskussi kwistjonijiet bħal lobbjar u leġiżlar, tisħiħ ta’ pożizzjoni, drittijiet u rimedji, kif twassal l-opinjoni tiegħek u tirrapporta diskriminazzjoni.

It-Tkabbir tal-Għarfien:

Ġie organizzat Jum bit-Tema Ġlieda Kontra r- Razziżmu fit-8 ta’ Diċembru 2012, bis-slogan ‘Niċċelebraw id-Diversità, b’ħafna attivitajiet li ħolqu atmosfera multikulturali li tippromwovi d-diversità. F’dan l-avveniment, li ġie ppreżentat minn personalitajiet prominenti, kien hemm mużika live Afrikana u etnika, prestazzjonijiet ta’ żfin, ikel, arti u snajjiet etniċi; ġojjellerija magħmula bl-idejn, logħob, tpinġijiet fuq il-wiċċ, Henna, immaljar tax-xagħar, u wirja tal-arti li twassal messaġġi ta’ ugwaljanza u kontra d-diskriminazzjoni.

Stqarrija għall-Istampa bl-Ingliż

Vidjows li jwasslu messaġġi kontra r-razziżmu u li jqajmu kuxjenza, jippromwovu immaġnijiet pożittivi ta’ minoranzi etniċi f’ambjenti lokali, li jippermettu lil immigranti u minoranzi etniċi jsemmgħu leħinhom fil-mezzi tax-xandir, u jiffaċilitaw pjattaforma minn fejn l-organizzazzjonijiet tal-komunità li jaħdmu mal-immigranti u mal-minoranzi etniċi jkunu jistgħu jtejbu t-tkabbir ta’ għarfien dwar kwistjonijiet differenti relatati.

Filming mit-tfal – bl-għan li jippromwovi immaġnijiet pożittivi ta’ minoranzi etniċi f’ambjenti lokali u jqajjem kuxjenza dwar il-promozzjoni tad-diversità kulturali – http://youtu.be/29PrWMZ-2Fw

Il-Poeżija – bl-għan li jwassal mesaġġi kontra r-razziżmu u jqajjem kuxjenza, li jippermetti li l-immigranti u l-minoranzi etniċi jsemmgħu leħinhom fil-mezzi tax-xandir li jippromwovu d-diversità kulturali. – http://youtu.be/W2JItNCfoo8

M’inix Persuna Razzista Imma…… – Sitwazzjonijiet bl-għan li jqajmu kuxjenza: jiżviluppaw fehim ċar tas-sitwazzjoni ta’ minoranzi etniċi –http://youtu.be/uiMJrv1Zp5oIt-test tas-sitwazzjoni – bl-għan li jitwasslu messaġġi kontra r-razziżmu u jqajmu kuxjenza, biex jippermettu lill-immigranti u l-minoranzi etniċi jsemmgħu leħinhom fil-mezzi tax-xandir –http://youtu.be/1CjjZtpczsA

Intervisti lill-Organizzazzjonijiet u ġurnata fil-ħajja ta’ persuna Maltija – bl-għan li l-organizzazzjonijiet tal-komunità jaħdmu ma’ immigranti u minoranzi etniċi biex jikkummentaw dwar kwistjonijiet relatati –http://youtu.be/rmlZHe1utbg

Attivitajiet Oħra:

Il-Konferenza ta’ Tnedija: 4 ta’ Mejju 2012 Stqarrija għall-Istampabl-Ingliż Stqarrija għall-Istampa bil-Malti

Final Conference: 17th December 2012 Stqarrija għall-Istampa bl-IngliżStqarrija għall-Istampa bil-Malti

Pubblikazzjonijiet Oħra:

Ir-Rapport Finali

Referenza tal-Proġett.JUST/2011/PROG/AG/1902
Isem tal-ProġettM’inix Persuna Razzista, Imma…
FondiProgramm Komunitarju tal-UE għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali- PROGRESS (2007-2013)
Data tal-BiduDiċembru 2011
Data tat-TmiemDiċembru 2012
ImsieħbaAġenzija għall-Benesseri ta’ Dawk li Jfittxu Ażil (AWAS)
Is-Servizz tal-Ġiżwiti għar-Refuġjati (JRS) Malta
Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet
Uniti għar-Refuġjati (UNHCR)q