Mużajk - Magħqudin fid-Diversità

Menu

Mosaic
L-Għanijiet:
L-għanijiet ewlenin ta’ din l-inizjattiva kienu li:
  • jiġu indirizzati l-beżgħat u l-kunċetti żbaljati dwar id-diskriminazzjoni;
  • titqajjem kuxjenza dwar id-diskriminazzjoni u l-effetti negattivi tagħha fuq individwi u s-soċjetà ġenerali;
  • tiġi organizzata kampanja dwar il-promozzjoni tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni li tkopri s-sitt oqsma rikonoxxuti tan-nondiskriminazzjoni;
  • tinħoloq pjattaforma tal-ugwaljanza sabiex issaħħaħ l-effett tal-mekkaniżmi li jilħqu l-imsieħba differenti ta’ dan il-proġett u tgħinhom jilħqu udjenzi akbar waqt li fl-istess ħin tnaqqas ix-xogħol doppju u żżid il-koperazzjoni bejn organizzazzjonijiet differenti.
  • ikun hemm effett multiplikatur li jinħoloq permezz tas-sessjonijiet għal min iħarreġ, organizzati dwar il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u d-dritt għall-ugwaljanza għal kulħadd.
It-Taħriġ:
  • Ġie pprovdut taħriġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-membri tan-netwerk tal-Mużajk fuq kull wieħed mis-sitt oqsma ta’ diskriminazzjoni.
  • Ħarreġ lil min Iħarreġ għall-Korpi Governattivi tal-Ugwaljanza, Maniġers responsabbli mir-Riżorsi Umani u l-pubbliku ġenerali li ġew imħarrġa dwar is-sitt oqsma ta’ diskriminazzjoni.
It-Tkabbir tal- Għarfien:
  • Labelling People Hurts kienet it-tema tal-kampanja għall-promozzjoni tan-nondiskriminazzjoni fil-ġżejjer Maltin. Din il-kampanja inkludiet kampanja fuq billboards, Avviżi ta’ Servizz Pubbliku fuq it-TV u r-Radju, riklami fuq gazzetti, posters u stickers:
  • Diversity Days kienet opportunità li qajmet kuxjenza fuq ir-raġunijiet ta’ diskriminazzjoni.
  • Ġie organizzat Film Festival dwar Opportunitajiet Indqas biex jiċċelebra Jum id-Drittijiet tal-Bniedem b’ġimgħa wiri ta’ films. Kull film enfasizza qasam speċifiku ta’ diskriminazzjoni.
  • Forum theatre daħal fl-iskejjel f’Malta u pprovda reċti interattivi u attivitajiet għal studenti fil-Form1 u Form2.
Pubblikazzjonijiet:
Isem tal-Proġett Mużajk – Magħqudin fid-Diversità
Fondi Proġett kofinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea Permezz tas-Sena Ewropea ta’ Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd 2007
Data tal-Bidu Mejju 2007
Data tat-Tmiem Diċembru 2007
Imsieħba Commissioner for Children’s Office
Netwerk Ewropew Kontra r-Razziżmu
Il-Konfederazzjoni Maltija tal-Organizzazzjonijiet tan-Nisa
Il-Konfederazzjoni Maltija tal-Organizzazzjoni ta’ Persuni b’Diżabbiltà
Malta Gay Rights Movement
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani
Il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa
Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ
Ċentru Nazzjonali ta’ Informazzjoni għaż-Żgħażagħ