Ngħixu l-Ugwaljanza

Menu

Living_Equality
L-Għanijiet:
L-għanijiet ewlenin ta’ din l-inizjattiva kienu li:
  • tissensitizza lill-impjegati pubbliċi dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
  • tipprovdi aktar taħriġ dwar l-użu ta’ għodod għall-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi għall-persunal tal-ministeri u d-dipartmenti responsabbli għall-politika u l-programmi;
  • tfassal struttura għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ;
  • tibni mekkaniżmu ta’ komunikazzjoni biex taqsam inizjattivi u modi kif wieħed jegħleb ostakli relatati mal-implimentazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi;
  • tqajjem dibattitu u tqajjem kuxjenza, u
  • tibni għarfien dwar ibbaġitjar skont il-ġeneru.
Ir-Riċerka:

Ir-Riċerka dwar Ibbaġitjar skont il-Ġeneru (GRB) fuq il-livell pan-Ewropew:
Din ir-riċerka ffokat fuq l-Iżvezja, Franza u r-Renju Unit, l-Iżvizzera u l-Italja.Inġabret informazzjoni dwar l-ibbaġitjar skont il-ġeneru bl-għan li dan l-għarfien jiġi trasferit minn livell Ewropew għal xenarju lokali għat-tfassil tal-politika. L-Ibbaġitjar Skont il-Ġeneru

L-implimentazzjoni tal-Integrazzjoni tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi:
Twettqu gruppi fokali mal-maniġment u ma’ dawk li jfasslu l-politika fl-amministrazzjoni pubblika biex jiġi diskuss il-feedback dwar l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi u jiġu identifikati prattiki tajbin f’dan ir-rigward. Wara, dik l-informazzjoni prattika ġiet kompilata f’dokument. L-Implimentazzjoni tal-Integrazzjoni tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi

It-Taħriġ:

Saru sessjonijiet ta’ taħriġ dwar l-Integrazzjoni tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza bejn is-Sessibl-għan li jikkontribwixxu għal tim ta’ ġestjoni u forza tax-xogħol fis-Servizz u s-Settur Pubbliku li huwa infurmat dwar l-għodod għall-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi u li għaldaqstant jista’ jintegra l-proċess għall-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi fix-xogħol tiegħu.

Ġew organizzati wkoll Sessjonijiet ta’ Taħriġ dwar is-Sensittività għall-Ġeneru bl-għan li jiżguraw li l-uffiċjali pubbliċi jkollhom għarfien b’saħħtu dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Permezz ta’ dan l-għarfien, l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri tiġi ffaċilitata u aktar effettiva.Dawn is-sessjonijiet taw taħriġ ukoll lill-uffiċjali pubbliċi dwar il-Manwal tas-Sensittività għall-Ġeneru, li huwa pubblikazzjoni li nħarġet bħala parti minn dan il-proġett. Il-Manwal tas-Sensittività għall-Ġeneru

Is-Seminar dwar l-Implimentazzjoni tal-Integrazzjoni tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza bejn is-Sessifis-Servizz u s-Settur Pubbliku kellu fil-mira lil dawk il-parteċipanti li attendew is-sessjonijiet ta’ taħriġ dwar l-applikazzjoni tal-għodod għall-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi.

It-Tkabbir tal- Għarfien:

Ġie mħejji bullettin elettroniku b’informazzjoni dwar kif il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi jista’ jiġi integrat aħjar fis-Servizz u s-Settur Pubbliku. Filwaqt li l-ewwel ħarġiet ippreżentaw informazzjoni ġenerali dwar l-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi, u daħlu fil-prerekwiżiti għal dan il-proċess, il-ħarġiet tal-aħħar taw aktar informazzjoni dwar għodod partikolari għall-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi, bħall-Awditu tal-Ġeneru u l-Evalwazzjoni tal-Impatt tal-Ġeneru.

Pubblikazzjonijiet Oħra: Ir-Rapport Finali

Referenza tal-Proġett. VS/2007/0442
Isem tal-Proġett Ngħixu l-Ugwaljanza
Fondi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – PROGRESS (2007-2013)
Data tal-Bidu Novembru 2007
Data tat-Tmiem Jannar 2009