Niffaċilitaw l-Ugwaljanza Permezz tal-Edukazzjoni

Menu

Fete
Għanijiet:

L-iskop ta’ din l-inizjattiva kien li tisfida r-rwoli u l-isterjotipi tas-sessi li jiffurmaw parti mill-proċess ta’ edukazzjoni formali, u li jwasslu lill-istudenti tal-iskola primarja u sekondarja biex jaspiraw għal rwoli tax-xogħol u tal-ħajja privata influwenzati mis-sess tagħhom aktar milli mill-interessi tagħhom.

Sensibilizza lill-istudenti u lill-għalliema dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, u dwar ir-responsabbiltà tal-irġiel u l-missirijiet fit-twettiq tal-kompiti li għadhom assoċjati mar-rwol tradizzjonali tan-nisa/l-omm.

Riċerka:

Analiżi dwar il-perċezzjonijiet tat-tfal (studenti primarji u sekondarji) dwar ir-rwoli tal-irġiel u n-nisa fl-isfera domestika bħala ġenituri, kif ukoll fil-karrieri professjonali.

Ir-riżultati mill-analiżi tar-riċerka mwettqa f’Malta, Ċipru u l-Latvja, urew li sar progress fl-aħħar deċennji lejn soċjetà aktar bilanċjata bejn is-sessi, iżda l-iżbilanċi bejn is-sessi kienu għadhom evidenti fis-sistemi edukattivi.

Rapport ta’ Riċerka dwar l-Iffaċilitar tal-Ugwaljanza Permezz tal-Edukazzjoni 2006
Taħriġ:

Ġew ipprovduti seminars ta’ taħriġ lill-għalliema u lill-għalliema prospettivi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. L-għalliema ddiskutew kwistjonijiet dwar is-sessi, u l-ħtieġa li s-subien u l-bniet jitħallew ikollhom aċċess ugwali għal għodod edukattivi. Barra minn hekk, kienu sensittivi biex jużaw lingwaġġ newtrali għall-ġeneru fil-preżentazzjonijiet tagħhom tar-responsabbiltajiet tax-xogħol u tal-familja.

Qawmien ta’ Kuxjenza:
Proġett Ref. VP/2004/019
Isem tal-Proġett: Niffaċilitaw l-Ugwaljanza permezz tal-Edukazzjoni
Fond Strateġija ta’ Qafas tal-Komunità dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
Data tal-Bidu Awissu 2005
Data tat-Tmiem Frar 2007
Imsieħba Università ta’ Malta
Ministeru għall-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi
Makkinarju Nazzjonali għad-Drittijiet tan-Nisa, Ċipru
Koalizzjoni għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, il-Latvja