Niżviluppaw Kultura ta’ Drittijiet permezz ta’ Tisħiħ tal-Kapaċitajiet

Menu

L-Għanijiet:
Din l-inizjattiva kienet maħsuba biex tkompli tiżviluppa kultura ta’ drittijiet kif ukoll issaħħaħ il-profil pubbliku tal-NCPE (wara l-estensjoni tal-mandat għal oqsma ġodda ta’ diskriminiazzjoni fl-2012) billi timmira lejn il-massa kritika fl-amministrazzjoni pubblika, il-kunsilli lokali, l-NGOs u l-imsieħba soċjali. Il-proġett kellu l-għan li jsaħħaħ l-għarfien u l-kapaċità tar-riżorsi dwar l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, fil-kuntest tal-mandat estiż tal-NCPE permezz ta’: Taħriġ organizzattiv intern f’konformità mal-estensjoni tal-mandat tal-NCPE sabiex tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni effettiva tiegħu; Taħriġ estern immirat li jissensitizza u jsaħħaħ il-persunal li jipprovdi servizz liċ-ċittadini u lill-pubbliku ġenerali; Jiżdied l-għarfien pubbliku dwar ir-responsabbiltajiet tal-NCPE.
Ir-Riċerka:
Din l-inizjattiva involviet tliet studji ta’ riċerka: Studju dwar l-isfidi li jiltaqgħu magħhom il-korpi ta’ ugwaljanza (sottorappurtar ta’ każijiet, nuqqas ta’ għarfien dwar id-drittijjiet, nuqqas ta’ parteċipazzjoni f’avvenimenti eċċ.), li analizza metodi u għodod biex jintlaħqu aktar gruppi fil-mira speċjalment f’setturi relatati mal-estensjoni tar-responsabbiltajiet tal-NCPE. Ġew riċerkati prattiċi tajbin li jipprovdu strateġiji maħsubin għal gruppi fil-mira differenti li huma affettwati mix-xogħol tal-korp tal-ugwaljanza.

Il-Prattiki Tajbin ta’ Korpi tal-Ugwaljanza fil-Qasam tan-Nondiskriminazzjoni
Permezz ta’ koperazzjoni ma’ msieħba tranżnazzjonali bejn l-Ombud għal Trattament Ugwali (l-Awstrija) u l-Kummissjoni għall-Ugwaljanza għall-Irlanda ta’ Fuq, sar eżerċizzju ta’ mmappjar biex jiġu riveduti l-istrateġiji operazzjonali tal-NCPE meta mqabblin ma’ dawk adottati minn dawn l-imsieħba. Dan l-eżerċizzju fassal proċessi ta’ xogħol formali u informali li ntużaw biex jiġu implimentati l-obbligi rispettivi nazzjonali u tal-UE.

Ir-Rapport tal-Istudju ta’ Mmappjar
Sondaġġ tal-perċezzjoni tal-impjegati pubbliċi biex jinġabar il-progress li nkiseb fl-għarfien u s-sensibilizzazzjoni wara l-implimentazzjoni ta’ taħriġ u sensibilizzazzjoni li saru bħala parti minn dan il-proġett. Dan is-sondaġġ ġie komparat ma’ studju li sar qabel mill-NCPE bl-isem “Kejl ta’ diskriminazzjoni fost is-Servizz Pubbliku”.

Is-Sondaġġ tal-Perċezzjoni tal-Impjegati Pubbliċi

It-Taħriġ:
It-Taħriġ intern u tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-persunal u l-membri tal-kummissjoni tal-NCPE:

    Kors ta’ taħriġ għal min iħarreġ dwar informazzjoni prattika relatata mal-oqsma ta’ diskriminazzjoni li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-NCPE kif ukoll l-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi.

    Taħriġ imfassal apposta dwar kif tgħin gruppi ta’ klijenti differenti, b’mod partikolari vittmi ta’ diskriminazzjoni u NGOs, inkluż:

      – Taħriġ biex issaħħaħ lill-persunal f’ħiliet psikosoċjali;
      – Taħriġ biex jissaħħaħ ix-xogħol ta’ kollaborazzjoni u prattiki mal-NGOs;
      – Taħriġ dwar metodi ta’ taħriġ u għodod differenti, kif ukoll taħriġ dwar kif jiġi ppjanat u implementat analiżi tal-bżonnijiet għat-taħriġ;
      – Taħriġ dwar l-awditjar u l-monitoraġġ tal-ġestjoni tal-ugwaljanza u tad-diversità, u l-għodod ta’ evalwazzjoni li għandhom jintużaw mill-persunal ewlieni tal-NCPE;
      – Taħriġ dwar kif jitwassal il-messaġġ dwar l-ugwaljanza u l-mekkaniżmi li jilħqu n-nies.
    It-Taħriġ esterninkluda:

      Taħriġ dwar l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni lil dawk fi gradi klerikali u li jaħdmu fil-kunsilli lokali inklużi segretarji eżekuttivi, persunal u kunsilliera.

      Taħriġ biex isaħħaħ u jagħti assistenza lil telemaniġers biex issir ġestjoni effettiva tal-persunal li qed jagħmel telexogħol.

      Taħriġ dwar kif isiru evalwazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-ugwaljanza sabiex jiġi implimentat b’mod effettiv l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u l-Kodiċi ta’ Etika, li għandhom fil-mira tagħhom l-impjegati pubbliċi minn Skala 7 ‘il fuq.

      Taħriġ għall-NGOs u għall-imsieħba soċjali dwar l-oqsma kollha ta’ diskriminazzjoni u l-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi.

      Taħriġ għal NGOs u msieħba soċjali dwar l-oqsma kollha ta’ diskriminazzjoni u l-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi.

    It-Tkabbir tal-Għarfien:
    Kampanja ta’ informazzjoni biex tiġi żgurata l-viżibbiltà ta’ din l-inizjattiva u biex tinxtered informazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet tal-NCPE. Kampanja fuq il-midja soċjali permezz ta’ riklamar fuq Facebook li twassal lin-nies fil-paġna ta’ Facebook u s-sit web tal-NCPE. Dan ippermetta lill-utenti jaqraw l-informazzjoni dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni aġġornata dwar l-ugwaljanza u l-protezzjoni usa’ disponibbli sa mill-2012 waqt li tagħti appoġġ għal implimentazzjoni aktar effettiva tal-leġiżlazzjoni. Tħejjiet kampanja għal fuq ir-radju u ġiet trażmessa fuq l-aktar 5 stazzjonijiet tar-radju lokali famużi fuq perjodu ta’ xahrejn.
    Referenza tal-Proġett. ESF 4.220
    Isem tal-Proġett Niżviluppaw Kultura ta’ Drittijiet permezz ta’ Tisħiħ tal-Kapaċitajiet
    Data tal-Bidu Diċembru 2013
    Data tat-Tmiem Diċembru 2015
    Imsieħba Ċentru għall-Iżvilupp, ir-Riċerka u t-Taħriġ (CDRT)
    Id-Dipartiment tal-Gvern Lokali
    L-Unjoni Ħaddiema Magħqudin (UHM)
    Il-General Workers’ Union (GWU)
    L-Ombud għal Trattament Ugwali (l-Awstrija)
    Il-Kummissjoni għall-Ugwaljanza għall-Irlanda ta’ Fuq