Tisħiħ għad-Diversità - E4D

Menu

E4D_logo_colour-1.png
L-Għanijiet

Il-proġett jiffoka fuq l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, il-karatteristiċi tas-sess u l-espressjoni tal-ġeneru. Il-proġett ġie mfassal fuq is-sitwazzjoni unika ta’ Malta fil-qasam tal-LGBTIQ+ fejn f’dawn l-aħħar 5 snin, Malta għaddiet numru ta’ liġijiet importanti biex b’hekk qiegħda fuq quddiem nett fir-rigward tad-drittijiet tal-LGBTIQ+. Minħabba t-tibdil sinifikanti li sar f’perjodu ta’ żmien relattivament qasir, l-NCPE identifikat il-bżonn li tindirizza l-impatt soċjali u kulturali.

Il-gruppi fil-mira tal-proġett huma:

il-komunità LGBTIQ+
il-Pubbliku Ġenerali
il-persunal tal-NCPE
il-partijiet interessati relevanti

Il-Konferenza ta Tnedija

Il-konferenza saret fis-27 t’April 2021 biex tniedi l-proġett u tinforma lill-pubbliku ġenerali, lill-partijiet interessati relevanti u l-gruppi fil-mira dwar l-iskopijiet, l-għanijiet u r-riżultati mistennija kif ukoll l-inizjattivi li għandhom jittieħdu f’dan il-proġett.

Stqarrija għall-Istampa MT

Preżentazzjoni Nru 1L-Orjentazzjoni Sesswali, l-Identità tal-Ġeneru, il-Karatteristiċi tas-Sess u l-Espressjoni tal-Ġeneru – Is-Sa Renee Laiviera

Preżentazzjoni Nru 2Ħarsa Ġenerali lejn il-Proġett – Is-Sa Joana Micallef – NCPE

Preżentazzjoni Nru 3Proġett ta’ Sħubija – Is-Sur Clayton Mercieca – ARC

L-Istudju ta’ Riċerka Kwalitattiva

Se jsir studju ta’ riċerka kwalitattiva dwar is-sitwazzjoni attwali f’Malta fir-rigward tad-diskriminazzjoni LGBTIQ+. Dan se jinkludi kemm analiżi komparattivi ma’ studju ta’ riċerka simili li sar mill-NCPE fl-2011 bl-isem ‘Rapport ta’ Riċerka dwar id-Diskriminazzjoni lejn LGBT’, kif ukoll se jinkludi aġġornamenti fir-rigward tal-leġiżlazzjoni li ġiet adottata reċentement. L-istudju ta’ riċerka se jiffoka wkoll fuq l-oqsma ta’ diskriminazzjoni li ġew miżjuda reċentement mal-mandat tal-NCPE, speċifikament l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess.

Is-Sessjonijiet ta’ ħidma mal-komunità LGBTIQ+

Se jiġu organizzati tliet sessjonijiet ta’ ħidma mal-membri tal-komunità LGBTIQ+ bl-għan li jiġu diskussi l-kwistjonijiet li qed taffaċċja l-komunità, jiġu identifikati l-bżonnijiet li għandhom bżonn jiġu indirizzati, u d-deterrenti attwali li qed jirriżultaw f’sottorappurtar. Se jiġi ppubblikat rapport ta’ dawn is-sessjonijiet ta’ ħidma.

It-Tisħiħ tal-Kapaċitajiet

L-NCPE se tirċievi taħriġ legali dwar il-liġijiet ta’ Malta relatati mal-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess. Il-persunal tal-NCPE se jiġi mħarreġ ukoll biex, fost affarijiet oħra, jindirizza s-sottorappurtar, il-politiki dwar l-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza tal-LGBTIQ+ u biex jilħaq aktar nies. Jinkiteb rapport dwar l-eżitu ta’ dawn is-sessjonijiet.

Il-Ħolqien ta’ Għarfien

Bħala parti mis-sensibilizzazzjoni tal-proġett, l-NCPE se tieħu parti fil-Malta Pride Parade 2021 biex b’hekk timmassimizza l-viżibilita’ tagħha mal-komunità LGBTIQ+ waqt li fl-istess ħin tippreżenta l-eżiti tal-proġett matul il-Pride Week 2021.

L-NCPE u l-ARC se jniedu kampanja ta’ sensibilizzazzjoni li tikkonsisti f’riklamar fuq Facebook u gazzetti.

Fuljett tal-proġett

Agħfas hawnbiex tniżżel ir-rapport dwar il-parteċipazzjoni tal-NCPE fil-Malta Pride Week 2021.

Il-Mudelli ta’ Politika

Agħfas hawn biex tniżżel il-Mudell ta’ Politika dwar l-Ugwaljanza.

Agħfas hawn biex tniżżel il-Mudell ta’ Politika dwar il-Fastidju Sesswali.

Il-Konferenza Finali

Se tiġi organizzata konferenza finali biex jiġu ppreżentati s-sejbiet ġenerali, l-eżiti u r-rakkomandazzjonijiet tal-proġett kif ukoll l-evalwazzjoni tal-istudju.

ncpe.png
ARC_logo_small

 

Referenza tal-Proġett881831
Isem tal-ProġettTisħiħ għad-Diversità (E4D))
Programm ta’ FondiIl-Proġett huwa finanzjat mill-Programm ta’ Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea (2014-2020) u Fondi Nazzjonali (80% 20%)
Data tal-BiduApril 2020
Data tat-TmiemNovember 2022
ImsieħbaAllied Rainbow Communities (ARC)