Irreġistra

Menu

Irreġistra għad-Direttorju ta’ Nisa Professjonisti

Id-Direttorju ta’ Nisa Professjonisti għandu l-għan li jservi bħala inizjattiva pożittiva biex jiġi indirizzat in-nuqqas sinifikanti ta’ rappreżentanza tan-nisa f’pożizzjonijiet deċiżjonali fis-setturi pubbliċi u privati.  Id-Dirretorju onlajn jagħti viżibbiltà u aktar opportunitajiet lin- nisa professjonali u kompetenti biex jinħatru f’bordijiet u f’kumitati, u/jew biex jassumu pożizzjonijiet deċiżjonali fis-suq tax-xogħol.

Min jista’ jissieħeb fid-Direttorju ta’ Nisa Professjonisti?

Nisa li għandhom:

  • Ħames (5) snin esperjenza f’pożizzjoni deċiżjonali/maniġerjali U/JEW
  • Għaxar (10) snin għarfien espert speċjalizzat f’qasam partikolari

Dawk l-applikanti li ma jissodisfawx il-kriterji ta’ eliġibbiltà ma jiġux ikkunsidrati u jiġu infurmati kif meħtieġ.

Dawk in-nisa professjonisti li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà jiġu definiti bħala ‘profilers

Liema informazzjoni tiġi ppublikata onlajn?

  • L-Isem u Kunjom
  • It-Titolu tal-Impjieg
  • Id-Deskrizzjoni tal-Impjieg
  • Is-Snin ta’ Esperjenza f’Pożizzjonijiet Deċiżjonali
  • Is-Snin ta’ Għarfien Espert Speċjalizzat
  • L-Istatus tal-Impjieg
  • Il-Livell tal-Kwalifika skont l-MQF (Fakultattiva)
  • Il-Kwalifiki (Fakultattiva)

L-informazzjoni l-oħra kollha tibqa’ kunfidenzjali.

Jekk fil-kamp tad-dataTitolu tal-Kwalifika’ ma japplikax, l-applikant għandu jniżżel ‘Ma japplikax’.

Il-Politika għall-Protezzjoni tad-Data tal-NCPE:

F’konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data (ir-Regolament tal-UE 2016/679, GDPR, u l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, KAP. 586 tal-Liġijiet ta’ Malta), l-NCPE għandha l-obbligu legali li tirrispetta u tipproteġi kull informazzjoni personali li aħna niġbru mingħandek u aħna nirrispettaw dan l-obbligu. Aħna nieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex nevitaw aċċess mhux awtorizzat u ma ngħaddux id-dettalji tiegħek li aħna nkunu ġbarna mingħandek bħala viżitatur, lil xi parti terza sakemm inti ma tagħtinix il-kunsens li nagħmlu dan.