Forom ta’ vjolenza f’Malta - perspettiva tal-ġeneru

Menu

Logo_VAW.png
L-Għanijiet:
Il-proġett kellu l-għan li:
  • jqajjem aktar il-kuxjenza dwar forom differenti ta’ vjolenza fuq in-nisa u l-bniet;
  • jxerred aktar il-messaġġ dwar tolleranza żero għall-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet;
  • Jipprovdi aktar informazzjoni lil dawk li jfasslu l-politika dwar is-sitwazzjoni attwali tal-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u ċ-ċirkostanzi rispettivi u l-bżonnijiet fuq livell nazzjonali;
  • Jissensitizza persuni professjonali li jaħdmu mal-vittmi jew atturi ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, u jipprovdihom b’għodod u għarfien biex ikunu jistgħu jassistu aħjar lil vittmi jew vittmi potenzjali ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-bniet;
  • Jinkoraġġixxi aktar lil vittmi ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-bniet biex jieħdu azzjoni u jiġġieldu jew jevitaw esperjenzi vjolenti; u
  • jqajjem kuxjenza u jxerred aktar informazzjoni dwar il-mutilazzjoni ġenitali femminili (MĠF).
Ir-Riċerka:
Studju dwar il-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili (MĠF) f’Malta tefa’ aktar dawl dwar:
  • il-bżonnijiet tan-nisa li esperjenzaw il-MĠF, kif ukoll
  • il-bżonnijiet tal-provdituri tal-kura tas-saħħa li jaħdmu ma’ dawn in-nisa.
Il-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili – Studju ta’ Riċerka Studju kwalitattiv dwar il-vjolenza u l-abbuż fuq nisa u rġiel akbar fl-età analizza l-fatturi u l-konsegwenzi ta’ vjolenza li sofrew persuni akbar fl-età, waqt li enfasizza l-perspettiva tal-ġeneru. IL-Istudju ta’ Riċerka dwar il-Vjolenza fuq Nisa u Rġiel Akbar fl-Età – Perspettiva Kwalitattiva L-Analiżi ta’ vjolenza, fastidju u bullying fl-iskejjel:
  • identifikat forom differenti ta’ vjolenza, fastidju u bullying minn perspettiva tal-ġeneru;
  • studjat din il-vjolenza abbażi ta’ oqsma oħra ta’ diskriminazzjoni apparti l-ġeneru; u
  • analizzat l-istrutturi li huma fis-seħħ biex jiġu evitati jew miġġielda l-vjolenza, il-fastidju u l-bullying fl-iskejjel.
L-Istudju ta’ Riċerka dwar il-Vjolenza, il-Fastidju u l-Bullying fl-Iskejjel – Perspettiva Kwalitattiva Dawn il-pubblikazzjonijiet ta’ riċerka ġew ippubblikati f’Diċembru 2015.
It-Taħriġ:
It-taħriġ ingħata lill:
  • Professjonisti multidixxiplinari li fix-xogħol tagħhom jistgħu jiltaqgħu ma’ vittmi jew atturi ta’ vjolenza.
  • Esperti legali li jittrattaw is-suġġett ta’ vjolenza fuq in-nisa u l-bniet, u l-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru.
It-Tkabbir tal- Għarfien:
Biex inkomplu nibnu fuq l-istudji ta’ riċerka, ġew żviluppati l-għodod li ġejjin: Barra minn hekk, tħejjew il-kampanji li ġejjin: Vidjows għall-promozzjoni ta’ tolleranza żero għall-vjolenza kontra n-nisa.
  1. https://www.youtube.com/watch?v=js4fWASXQcY
  2. https://www.youtube.com/watch?v=Da3Gcn8U3iA
  3. https://www.youtube.com/watch?v=GGWqX1AUjkM
  4. https://www.youtube.com/watch?v=_rgnwM0XqC8
  5. https://www.youtube.com/watch?v=U-sN6GBa548
Vidjows dwar il-vjolenza, il-fastidju u l-bullying fl-iskejjel, u fost it-tfal u ż-żgħażagħ.
  1. https://www.youtube.com/watch?v=ieHPROOqtKA
  2. https://www.youtube.com/watch?v=t5nxcpalIR0
  3. https://www.youtube.com/watch?v=9GGmH19GkD8
  4. https://www.youtube.com/watch?v=gZCPNrIDz3k
  5. https://www.youtube.com/watch?v=Hu9q5arzR_4
  6. https://www.youtube.com/watch?v=JtBwUgXyqJc
Kampanja fuq ir-radju dwar il-vjolenza fuq irġiel u nisa akbar fl-età biex tħeġġeġ vittmi ta’ vjolenza akbar fl-età biex jiġġieldu kontra din il-vjolenza kif ukoll tinkoraġġixxi lill-persuni li jindukraw persuni akbar fl-età biex jinvolvu rwieħhom f’relazzjonijiet mhux vjolenti ma’ adulti oħra akbar fl-età u jevitaw il-vjolenza. Kampanja f’xelters tal-waqfiet tal-karozzi tal-linja dwar il-vjolenza kontra n-nisa biex jinxterdu messaġġi mmirati lejn it-tolleranza żero u biex tissensitizza lill-pubbliku ġenerali dwar id-dritt li wieħed jgħix ħajja mingħajr vjolenza.
Seminar (live-in)
Ġie organizzat seminar għal żgħażagħ u adoloxxenti biex jissensitizzaw irwieħhom mal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, inkluż kif wieħed jiġġieled jew jevita relazzjonijiet u mġiba vjolenti.
Attivitajiet Oħra:
Il-Konferenza ta’ Tnedija: 14 ta’ April 2014 Stqarrija għall-Istampa bl-Ingliż
Il-Konferenza Finali: 14 ta’ Diċembru 2015 Stqarrija għall-Istampa bl-Ingliż
Referenza tal-Proġett JUST/2012/PROG/AG/4733/VAW
Isem tal-Proġet Forom ta’ vjolenza f’Malta – perspettiva tal-ġeneru
Fondi Proġett finanzjat mill-Programm PROGRESS tal-Unjoni Ewropea
Data tal-Bidu Diċembru 2013
Data tat-Tmiem Diċembru 2015