Insaħħu d-Drittijiet Ugwali

Menu

L-Għanijiet:

Dan il-proġett kellu l-għan li:

  • jiffaċilita u jaċċellera l-fażi ta’ implimentazzjoni tal-estensjoni tar-responsabbiltajiet tal-NCPE (fl-2012) billi jsaħħaħ il-kapaċità neċessarja għall-għarfien intern;
  • joħloq kuxjenza dwar l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni; u
  • jsaħħaħ lill-partijiet interessati permezz ta’ taħriġ.
Ir-Riċerka:

Studju Pilota li sar f’erba’ skejjel żviluppa moduli ta’ taħriġ u pjanijiet ta’ lezzjonijiet dwar l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni u serva bħala għodda bżonjuża għal prattika tajba għall-għalliema. L-għan fit-tul tal-istudju pilota kien li jagħmel lill-għalliema “ambaxxaturi għall-bidla” fis-sistema edukattiva.

L-Istudju Pilota wera li l-integrazzjoni tal-ugwaljanza u d-diversità fit-tagħlim hija possibbli u tista’ tkun ta’ suċċess kemm fuq livell ta’ kontenut u anke ta’ ħiliet.

Rapport tal-Istudju Pilota

It-Taħriġ:

Ġie organizzat tisħiħ intern tal-kapaċitajiet tal-persunal tal-NCPE dwar in-nondiskriminazzjoni, l-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġestjoni tad-diversità:
It-Taħriġ dwar in-nondiskriminazzjoni inkluda l-kunċetti ta’ ugwaljanza, diversità u nondiskriminazzjoni fuq il-bażijiet ta’ ġeneru jew responsabbiltajiet li ġġib il-familja, oriġini etnika jew razzjali, reliġjon jew twemmin, età, orjentazzjoni sesswali u identità tal-ġeneru. It-taħriġ kellu l-għan li jtejjeb il-kapaċità tal-NCPE f’każijiet legali, jappoġġa prattika tajba, jikkomunika dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, jagħmilha ta’ aġent għal bdil soċjali u jkejjel is-suċċess
It-taħriġ dwar l-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi daħal fil-fond tat-tifsira tagħha, għaliex hija importanti u l-għodod li għandhom jintużaw biex tiġi implimentata din l-istrateġija. It-taħriġ tkellem ukoll dwar l-implimentazzjoni tal-valutazzjoni tal-impatt tal-ugwaljanza u l-iżvilupp ta’ strateġija ta’ korp tal-ugwaljanza biex jappoġġa l-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza.
Programm ta’ taħriġ dwar il-ġestjoni tad-diversità, b’mod partikolari l-ippjanar ta’ azzjoni għall-ugwaljanza għall-impjegati u l-konsumaturi u l-iżvilupp ta’ strateġija ta’ korp tal-ugwaljanza biex jappoġġa organizzazzjonijiet fil-ġestjoni tad-diversità minn perspettiva ta’ riżorsi umani u ta’ assistenza lill-klijenti.

It-Taħriġ għall-Ġestjoni tad-Diversità ġie pprovdut ukoll lil min iħaddem biex:
Isaħħaħ l-għarfien u l-fehim fir-rigward tal-oqsma koperti mil-leġiżlazzjoni għal trattament indaqs; Ikabbar il-kuxjenza, l-għarfien u l-ħiliet biex jiġu żviluppati sistemi ta’ mmaniġġjar li huma konformi mal-leġiżlazzjoni għal trattament indaqs u li jiksbu l-benefiċċji potenzjali ta’ forzi tax-xogħol differenti.
It-taħriġ lill-għalliema dwar in-nondiskriminazzjoni, l-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-inklużjoni kellu l-għan li jissensitizza u jsaħħaħ lill-għalliema dwar kwistjonijiet marbuta mal-oqsma rispettivi ta’ diskriminazzjoni u dwar dwar l-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi tal-kontenut u t-tekniċi għall-klassi.
Ġie żviluppat Manwal għal Min Iħarreġ bl-għan li jgħin lill-NCPE tipprovdi taħriġ dwar l-ugwaljanza u d-diversità lil partijiet interessati ewlenin.

It-Tkabbir ta’ Għarfien:

‘Niċċelebraw id-Diversità ‘ Jum b’Tema (Kontra r-Razziżmu) ippromwova d-diversità permezz ta’ mużika, divertiment, arti, attivitajiet u logħob. Din l-attività saret is-Sibt 22 ta’ Marzu 2014 fi Pjazza Jean De Valette, il-Belt Valletta biex tinforma lill-parteċipanti dwar in-nondiskriminazzjoni u d-diversità. Personalitajiet prominenti, inklużi personalitajiet tat-TV, mużiċisti u bands approvaw il-messaġġ kontra r-razziżmu billi ppreżentaw l-avveniment u involvew irwieħhom f’diskussjonijiet mal-pubbliku ġenerali biex jippromwovu l-ġlieda kontra r-razziżmu, l-ugwaljanza u d-diversità matul il-ġurnata.

Stqarrija għall-Istampa bl-Ingliż

Have Your Say!’ hija Kampanja li matulha ġie mwaqqaf roving booth mgħammar b’kamera f’lokalitajiet differenti madwar Malta u Għawdex. L-għan kien li jipprovdi lill-pubbliku ġenerali b’opportunità li jgħid dak li jixtieq dwar każijiet fejn esperjenza jew xehed diskriminazzjoni, biex jaqsam ħsibijiet dwar l-effetti tad-diskriminazzjoni u dwar il-benefiċċji tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni. Dan is-setup ipprovda lill-persuni b’opportunità li jirrekordjaw il-messaġġi tagħhom. Ir-roving video booth tpoġġa f’ħames postijiet prominenti f’Malta u f’Għawdex. Imbagħad sar vidjow b’biċċiet minn dawn ir-recordings.

Stqarrija għall-Istampa bl-Ingliż

Kampanja Have Your Say YouTube clip:https://www.youtube.com/watch?v=r5Q0xmWxuDQ

Attivitajiet Oħra:

Il-Konferenza ta’ Tnedija: 24 ta’ Mejju 2013 Stqarrija għall-Istampabl-Ingliż
Stqarrija għall-Istampa bil-Malti

Il-Konferenza Finali: 28 ta’ Marzu 2014 Stqarrija għall-Istampa bl-Ingliż

Referenza tal-Proġett. JUST/2012/PROG/AG/3717
Isem tal-Proġett Insaħħu d-Drittijiet Ugwali
Fondi Programm Komunitarju tal-UE għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà
Soċjali PROGRESS (2007-2013)
Data tal-Bidu April 2013
Data tat-Tmiem Marzu 2014