L-Ugwaljanza Lil Hinn mill-Irwoli tal-Ġeneru

Menu

L-Għanijiet:
Dan il-Proġett għandu l-għan li jqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-irwol maskili fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri kif ukoll il-benefiċċji tal-użu ta’ miżuri differenti favur il-familja mill-irġiel. Ifittex ukoll li jkisser l-istereotipi marbutin mal-irwoli tradizzjonali tal-ġeneru fost min iħaddem u s-soċjetà ġenerali u jenfasizza l-benefiċċji ta’ tqassim ta’ responsabbiltajiet tal-familja u domestiċi permezz tat-teħid ta’ inċentivi differenti mill-irġiel u n-nisa.
Il-proġett kellu l-għan li:

  • jqajjem kuxjenza fuq ir-relevanza tal-irwol maskili fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri sabiex jintlaħaq bilanċ ġust u ugwali bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u bejn xogħol bi ħlas u xogħol mhux imħallas;
  • jkisser l-istereotipi marbutin mal-irwoli tradizzjonali tal-ġeneru billi jissensitizza lill-istudenti, ‘l min iħaddem u ċ-ċittadini;
  • jinkoraġġixxi aktar lill-irġiel biex jieħdu azzjoni biex jiġġieldu jew jevitaw responsabbiltajiet unilaterali, biex jaqsmu r-responsabbiltajiet domestiċi u ta’ kura, kif ukoll jaħdmu sabiex jilħqu indipendenza ekonomika ugwali bejn il-ġeneri; u
  • jżid il-kuxjenza ġenerali tat-tipi differenti ta’ miżuri favur il-familja u l-benefiċċji u r-responsabbiltajiet li jġibu magħhom.

Il-Konferenza ta’ Tnedija:
Stqarrija għall-Istampabl-Ingliż
Business Breakfast:

Ġie organizzat Business Breakfast għall-min iħaddem fit-23 ta’ Jannar 2017 u inkluda diskussjoni dwar it-tipi differenti ta’ miżuri favur il-familja li jistgħu jintroduċu fil-postijiet tax-xogħol tagħhom. L-avveniment iffoka fuq l-impatt ekonomiku u finanzjarju tal-miżuri favur il-familja, il-benesseri tal-impjegati u l-benefiċċji kif ukoll l-ostakli li jaffaċċjaw kemm min iħaddem kif ukoll l-impjegati. Panel magħmul minn sitt rappreżentanti ta’ msieħba soċjali u ta’ min iħaddem ġie mmexxi minn Dr JosAnn Cutajar, Lettur Anzjan fid-Dipartiment tal-Istudju dwar il-Ġeneru, fl-Università ta’ Malta.

Riklam – Business Breakfast Stqarrija għall-Istampa – Business Breakfast għall-Impjegaturi

Preżentazzjoni 1: Ħarsa Ġenerali dwar il-Proġett, Mr Joseph Debono – NCPE

Preżentazzjoni 2: Il-Leave għall-Ġenituri – Fejn huma l-missirijiet?, Dr JosAnn Cutajar – UOM

Il-Leave għall-Ġenituri – Fejn huma l-missirijiet?, Dr JosAnn Cutajar – UOM

Wara l-Business Breakfast, bejn April u Mejju u f’Settembru, saru żewġ Sessjonijiet ta’ Konsultazzjoni fejn l-impjegaturi kellhom l-opportunità li jiddiskutu l-kwistjonijiet dwar il-provvediment u l-użu ta’ miżuri favur il-familja waqt li jitgħallmu kif jadattaw għal arranġamenti għal xogħol aktar flessibbli. Is-sessjonijiet iffokaw ukoll fuq l-implimentazzjoni li tiġi żviluppata Politika għal Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja, li tkun inklussiva għall-impjegati kollha irrispettivament mix-xogħol tagħhom.The Business Breakfast was followed by two Consultation Sessions held in April-May and September 2017, were employers had the opportunity to debate the issues concerning the provision and uptake of FFMs, whilst learning to adapt to flexible working arrangements. The sessions also focused on the implementation of developing a Work-Life Balance Policy, which is inclusive to all employees irrespective of their employment.

Riklam- Impjegaturi Preżentazzjoni 1: Sessjoni ta’ Konsultazzjoni għall-Impjegaturi I

Presentation 2: Sessjoni ta’ Konsultazzjoni għall-Impjegaturi II

Abbozzar ta’ Politika għal Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja

Vidjow Animat

It-Teatru f’Sessjonijiet ta’ Edukazzjoni:
It-Teatru f’Sessjonijiet ta’ Edukazzjoni

L-NCPE, b’kollaborazzjoni mad-Drama Unit, organizzat serje ta’ sessjonijiet tad-drama fi skejjel sekondarji ma’ studenti bejn l-14 u 16-il sena bl-għan li jinkoraġġixxu ż-żgħażagħ jisfidaw kunċetti marbutin mal-irwoli tradizzjonali tal-irġiel u tan-nisa.

Ritratti Materjal promozzjonali – Volantin
L-Ugwaljanza Lil Hinn mill-Università
Fis-7 ta’ Novembru 2017 saret attività fl-università għal-istudenti fi skejjel post-sekondarji u terzjarji. Il-programm ta’ 6 sigħat inkluda wirjiet ta’ ritratti; diskussjonijiet ma’ min iħaddem, akkademiċi u studenti; skrittorju ta’ book art minn Glen Calleja; wiri ta’ ‘Burning Bikinis’ ta’ Aditus; u mużika live minn Waterwings. Poster
Noti Kkuluriti:
Fit-28 ta’ Ottubru 2017 sar avveniment għall-pubbliku ġenerali fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta. Il-programm ta’ 4 sigħat inkluda taħlita ta’ mużika, arti u letteratura fejn artisti prominenti taw wirja tax-xogħol tagħhom li huwa relatat mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, it-tqassim ta’ responsabbiltajiet u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja. Kien hemm qari ta’ proża u poeżiji, drama, wirja ta’ ritratti u installazzjonijiet ta’ arti. Mistednin speċjali – Airport Impressions Riklam
It-Tkabbir tal- Għarfien
Esibizzjoni fuq Roving Van daret mal-iskejjel post-sekondarji u terzjarji f’Malta u Għawdex biex tqajjem kuxjenza dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-indipendenza ekonomika ugwali, it-tqassim ta’ responsabbiltajiet domestiċi u ta’ kura, l-importanza li jinħoloq bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. Inġabru kummenti minn studenti subien dwar is-suġġetti diskussi u l-kummenti tagħhom ġew ippubblikati fuq siti ta’ networking soċjali. Ritratti Il-Kampanja Onlajn fuq il-midja soċjali qajmet kuxjenza dwar suġġetti li ġew diskussi fil-proġett. Fuq Facebook, LinkedIn u Twitter ittellgħu materjali awdjoviżivi, ritratti u stqarrijiet ta’ intervisti differenti miġbura mill-parteċipanti waqt l-attivitajiet. Kull xahrejn, l-NCPE ħarġet Blog dwar suġġetti differenti relatati mal-proġett. Ir-rappreżentanti tal-NCPE qajmu kuxjenza wkoll dwar l-Ugwaljanza Lil Hinn mir-Rwoli tal-Ġeneru permezz ta’ riklamar fuq it-TV, ir-radju u l-gazzetti. Blog Vidjow Tħejja materjal promozzjonali Tħejja materjal promozzjonali ieħor bħal posters, riklami fuq gazzetti, u fuljetti biex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-proġett. Posters ta’ Mudelli Eżemplari Poster ta’ Kwotazzjonijiet ta’ Studenti Fuljett Ġenerali Labra ta’ fuq il-pavru
Il-Konferenza Finali:
Stqarrija għall-Istampa bl-Ingliż
Referenza tal-Proġett JUST/2014/RGEN/AG/GEND/7785
Isem tal-Proġett L-Ugwaljanza Lil Hinn mir-Rwoli tal-Ġeneru
Fondi Il-Proġett huwa finanzjat mill-Programm ta’ Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea u Fondi Nazzjonali (80% 20%)
Dati tal-Bidu Jannar 2016
Data tat-Tmiem Diċembru 2017
Imsieħba Id-Drama Unit
Imsieħba Assoċjati Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem (MEA)
General Retailers and Traders Union (GRTU)