L-Integrazzjoni tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi - fil-prattika

Menu

L-Għanijiet:

L-għan prinċipali ta’ din l-inizjattiva kien li titqajjem kuxjenza u tiġi mxerrda aktar informazzjoni mal-partijiet interessati, b’mod partikolari mal-amministrazzjoni pubblika, dwar l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi u li jiżdied id-dibattitu dwar din il-kwistjoni.

L-għanijiet ta’ din l-inizjattiva kienu li:

  • Jissaħħaħ l-għarfien u l-fehim tal-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi;
  • Jitħejjew u jinxterdu għodod għall-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi;
  • Isir taħriġ fuq il-post tax-xogħol biex ikun hemm integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi;
  • Jiġu enfasizzati prattiki tajbin biex joħorġu l-benefiċċji li jinkisbu mill-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi;
  • Jiġu pprovduti eżempji ta’ politiki nazzjonali li jintegraw il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi;
  • Jissaħħu l-partijiet interessati sabiex jipproponu azzjonijiet li huma sensittivi għall-ġeneru; u
  • Jinħoloq netwerk ta’ sapport.

Is-Simpożju dwar Prattiki Tajbin għall-Integrazzjoni tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi:

Dan il-proġett tnieda bħala parti minn Impenn Konġunt mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja u bħala parti minn simpożju li jinkoraġġixxi għarfien dwar il-kunċett tal-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi lill-impjegati pubbliċi u lill- partijiet interessati differenti. Dan is-Simpożju inkluda wkoll il-kontribut ta’ esperti barranin f’dan il-qasam li spjegaw il-fatti f’pajjiżi oħra Ewropej u ppreżentaw il-prattiki tajbin tagħhom.

Stqarrija għall-Istampa:  Prattiċi tajbin użati għall-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi diskussa f’Simpożju​  – MT

Il-preżentazzjonijiet li ġejjin ġew ippreżentati matul dan is-Simpożju:

L-integrazzjoni tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi – Dr Roberta Lepre, Kap tat-Tim ta’ Konsulenza

L-impatti tal-Ġeneru fuq il-Baġits Nazzjonali – Is-Sa Sinead Pentony, Head of Policy – Think Tank for Action on Social Change

Gender Alp! Strumenti u Strateġiji għall-Integrazzjoni tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi fi Żvilupp Reġjonali – Is-Sa Friedel Schreyogg, Project Gender Alp!

 

Ir-Riċerka dwar l-Integrazzjoni tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi:

Sabiex tiġi kumpilata informazzjoni għall-implimentazzjoni effettiva ta’ dan il-proġett, saret riċerka permezz ta’ żewġ Studji ta’ Mmappjar: wieħed indaga l-istrutturi użati mill-Ministeri fil-proċess ta’ tfassil ta’ politika; u t-tieni parti tal-istudju kkonċentra fuq l-input li taw il-partijiet interessati waqt il-proċess ta’ konsultazzjoni. Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-riċerka kien li jippermetti lit-Tim ta’ Konsulenza u l-NCPE jibnu fuq din l-informazzjoni sabiex jużawha b’mod effettiv matul il-progress ta’ din l-azzjoni.

Twettqet ukoll Evalwazzjoni tal-Impatt tal-Ġeneru fuq erba’ politiki: il-Politika Nazzjonali tas-Saħħa Sesswali għall-Ġżejjer Maltin; l-Abbozz tal-Politika Nazzjonali għat-Tfal; id-Diskors tal-Baġit 2012; u l-Politika għat-Teleworking fl-Amministrazzjoni Pubblika. 

 

It-Taħriġ u Laqgħat Bilaterali dwar l-Integrazzjoni tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi:

Twaqqaf Tim ta’ Konsulenza biex jipprovdi mentoraġġ, assistenza u taħriġ lill-impjegati pubbliċi dwar l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi.  L-għodod li ġejjin ġew żviluppati u ppubblikati:

 

Ġie mqabbad ukoll espert estern mill-Iżvezja bħala konsulent biex jipprovdi taħriġ u konsulenza.  L-espert estern kien responsabbli wkoll għall-organizzazzjoni ta’ żjara ta’ studju maqsuma fuq jumejn fl-Iżvezja biex tinġabar aktar informazzjoni prattika u għarfien dwar prattiki tajbin għall-integrazzjoni prattika tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġestjoni tagħhom. 

Ġew organizzati sensiela ta’ laqgħat bilaterali mal-Ministeri kollha biex jiġu stabbiliti netwerk u mod effettiv ta’ komunikazzjoni bejn it-Tim ta’ Konsulenza, l-NCPE u dawk li jfasslu l-politika.

Din il-kollaborazzjoni involviet numru ta’ diskussjonijiet mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li rriżultat fil-pubblikazzjoni ta’ Ċirkulari UPM Nru 15/2012​L-Integrazzjoni tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Prattika li tenniet ir-responsabbiltà tad-dipartimenti u tal-entitajiet biex jintegraw il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi, għaldaqstant isaħħu l-politika tal-Gvern dwar l-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi. 

Ġew organizzati sensiela ta’ sessjonijiet ta’ ħidma ta’ taħriġ għal dawk li jfasslu l-politika u li jieħdu deċiżjonijiet fil-Ministeri kollha tal-Gvern.  Ġiet organizzata ġurnata sħiħa ta’ sessjonijiet ta’ ħidma ta’ taħriġ għal partijiet interessati differenti inklużi min iħaddem, NGOs, imsieħba soċjali, awtoritajiet u entitajiet governattivi biex il-parteċipanti jużaw l-għodod biex iwettqu l-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi u biex isemmgħu l-opinjonijiet tagħhom dwar dawn l-għodod.

 

Attivitajiet Oħra:

Saret Konferenza Finali fejn ġew ippreżentati r-riżultati tar-riċerka u ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet tal-proġett.

Stqarrija għall-Istampa:  Inżidu l-għafien dwar l-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi – għodod għall-implimentazzjoni ta’ dan il-prinċipju  – MT

Referenza tal-Proġett. VS/2010/0819
Isem tal-Proġett L-Integrazzjoni tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi – fil-Prattika
Fondi Programm Komunitarju tal-UE għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – PROGRESS (2007-2013)
Data tal-Bidu Diċembru 2010
Data tat-Tmiem Ġunju 2012