Promozzjoni ta’ Opportunitajiet Indaqs Permezz tal-Għotja ta’ Aktar Setgħa

Menu

Equal_Opportunities
L-Għanijiet:

L-għanijiet ta’ din l-inizjattiva kienu:

  • li jilħqu l-parti inattiva tal-popolazzjoni Maltija, b’mod partikolari n-nisa, u tinkoraġġihom ikunu parti, jibqgħu parti minn u javvanzaw fis-suq tax-xogħol permezz tal-promozzjoni tat-teħid ta’ opportunitajiet f’oqsma differenti;
  • li tinkoraġġixxi individwi diżokkupati/inattivi li jaħdmu fl-ekonomija informali, b’mod partikolari n-nisa, biex jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol formali.
It-Tkabbir tal-Għarfien:

Ixxandru programmi fuq it-televiżjoni u fuq ir-radju biex tiġi mxerrda informazzjoni dwar mudelli eżemplari (li tejbu l-istat ta’ impjieg tagħhom wara li ħadu t-taħriġ u/jew fittxu xogħol li jiżviluppa l-karriera tagħhom) u biex jiġu ppubbliċizzati opportunitajiet disponibbli fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u fis-suq tax-xogħol.Is-sensiela ta’ fuq it-televiżjoni u fuq ir-radju ‘Naħdem … U Kif!’ ġiet imxandra fl-2006.

Attivitajiet Oħra:
  • Ġiet imħejjija u stampata informazzjoni dwar imsieħba lokali, inklużi l-opportunitajiet ta’ taħriġ u ta’ impjieg f’oqsma differenti.Din l-informazzjoni ġiet imqassma waqt is-seminars li ġew organizzati għall-popolazzjoni inattiva.
  • Ġew organizzati Seminars mill-Kunsilli Lokali għall-pubbliku ġenerali biex jispjegaw f’aktar dettall l-informazzjoni li ġiet imxerrda permezz tal-media u biex jispjegaw kif wieħed jista’ jieħu l-opportunitajiet disponibbli f’oqsma differenti.
  • Ġie organizzat seminar mal-impjegaturi, il-maniġers responsabbli mir-riżorsi umani u r-rappreżentanti tagħhom biex tiġi evalwata s-sensittività tal-impjegaturi għall-ostakli li jaffaċjaw in-nisa meta jfittxu impjieg u l-prijorità li tingħata lil dawn l-ostakli mill-industrija.
  • Ġew ifformolati rakkomandazzjonijiet biex jitjiebu l-opportunitajiet indaqs abbażi tal-esperjenzi ta’ mudelli eżemplari, u l-eżiti tas-seminars għall-imsieħba soċjali u dwar l-eżiti tal-proġetti.
Is-Sħubija Tranżnazzjonali:

Ġew żviluppati sħubiji tranżnazzjonali bħala parti integrali ta’ din l-inizjattiva:

Empower:

L-għan kien li jiġu identifikati metodi li jippermettu t-tneħħija ta’ ostakli reali u perċepiti ta’ gruppi marġinalizzati u/jew vulnerabbli, b’mod partikolari n-nisa, billi jiġu promossi opportunitajiet indaqs għal nisa żvantaġġati li jidħlu fis-suq tax-xogħol.
L-imsieħba involuti f’dan il-proġett jinkludu lill-Italja, Spanja, l-Irlanda ta’ Fuq, il-Litwanja u Malta.

Manwal tat-Taħriġ Empower –MT

AGEnder:

AGEnder fittxet li tittratta d-diskriminazzjoni abbażi tal-età u l-ġeneru.L-għanijiet kienu li tiżdied ir-rata ta’ impjegabbiltà ta’ persuni kbar fl-età, b’mod partikolari n-nisa, billi jiġu promossi prattiki tajbin fil-qasam tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ġestjoni tal-età fl-Ewropa u b’mod nazzjonali.
L-imsieħba involuti f’dan il-proġett inkludew lill-Portugall, Franza u Malta.
-Rapport ta’ Riċerka ta’ AGEnder

Pubblikazzjonijiet Oħra:
Referenza tal-Proġett.EQUAL Nru 4
Isem tal-ProġettPromozzjoni ta’ Opportunitajiet Indaqs Permezz tal-Għotja ta’ Aktar Setgħa
FondiIl-Fond Soċjali Ewropew
Data tal-BiduSettembru 2005
Data tat-TmiemJannar 2009
ImsieħbaImsieħba Tranżnazzjonali – Il-Proġett AGEnder u l-Proġett EMPOWER
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol
Il-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ
Cooperative Board
Id-Dipartiment tal-Gvern Lokali
Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabbiltà
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu
Il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa
L-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem
Il-Federazzjoni tal-Industrija
L-Unjoni Ħaddiema Magħqudin
Il-General Workers Union