Naħsbu b’mod ugwali

Menu

Think_Equal.png
L-Għanijiet:
L-inizjattiva Naħsbu b’mod ugwali kellha l-għan li:
  • Tistimola dibattiti u ssaħħaħ fehim komuni dwar l-ugwaljanza, in-nondiskriminazzjoni, id-diversità u d-diskriminazzjoni multipla;
  • Ixxerred prattiċi tajbin, tissensitizza u tħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jgħixu d-diversità; u
  • Tipprovdi data permezz ta’ studji li permezz tagħhom jistgħu jitfasslu leġiżlazzjonijiet, politiki u azzjonijiet.

Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-proġett Naħsbu b’mod Ugwali kellu fil-mira żgħażagħ, professjonisti u akkademiċi li għandhom rwol ta’ influwenza minħabba l-effett multiplikatur potenzjali tagħhom.

Ir-Riċerka :

Bħala parti minn din l-inizjattiva, saru erba’ studji ta’ riċerka u tħejjew żewġ kotba żgħar. L-istudji ta’ riċerka inkludew żewġ studji kwalitattivi dwar diskriminazzjoni li esperjenzaw persuni LGBT u minoranzi razzjali rispettivament, u żewġ studji kwantitattivi dwar il-kejl ta’ diskriminazzjoni maż-żgħażagħ u l-imġjegati pubbliċi. Bħala parti minn dan il-proġett tħejjew ukoll Ktejjeb ta’ Informazzjoni u Kumpilazzjoni ta’ Każistika.
Kumpilazzjoni ta’ Każistika –Parti1 /Parti2
Ir-Rapport ta’ Riċerka dwar Diskriminazzjoni fil-Konfront ta’ LGBT – Studju Kwalitattiv
Il-Kejl ta’ Diskriminazzjoni fost iż-Żgħażagħ – Studju Kwantitattiv
Id-Diskriminazzjoni Razzjali f’Malti – Studju Kwalitattiv
Il-Kejl ta’ Diskriminazzjoni fost is-Servizz Pubbliku

It-Tkabbir ta’ Għarfien:

Is-Seminar għaż-Żgħażagħ ġabar flimkien żgħażagħ, persuni li esperjenzaw diskriminazzjoni u esperti minn kuntesti razzjali, sesswali u kulturali differenti fejn dawn analizzaw u ddiskutew każijiet ta’ diskriminazzjoni lokali u l-kawżi u l-konsegwenzi ta’ dawn l-esperjenzi.

Stqarrija għall-Istampa:Ejja nitkellmu dwar id-diskriminazzjoni … Żgħażagħ jiddiskutu l-impenn tagħhom kontra d-diskriminazzjoni u favur l-ugwaljanza MT
Fuljett għaż-Żgħażagħ/Fuljett għaż-Żgħażagħ

Ittella’ Simpożju dwar id-Diskriminazzjoni Multipla bl-għan li jissensitizza professjonisti u akkademiċi fuq livell nazzjonali, dwar il-kunċett ta’ diskriminazzjoni multipla kif ukoll biex jistimola dibatittu bejn setturi differenti li jista’ jkollhom effett li jinxtered fuq diskussjonijiet oħra.

Stqarrija għall-Istampa:Punt ta’ tluq ġdid fl-isfida kontra d-diskriminazzjoni … Simpożju dwar id-Diskriminazzjoni MultiplaMT
Karti mqassma matul is-Simpożju dwar id-Diskriminazzjoni Multipla: Nittrattaw il-Vittimizzazzjoni Doppja ta’ Nisa Musulmani fl-Ewropa Ir-Rispons Intersettorjali– Federique Ast & Riem Spielhaus Id-Diskriminazzjoni Multipla fil-Liġi – Dr Erica Howard Il-Ġeneru u d-Diżabbiltà – Vickie Sciberras & Marianne Debono

Il-Kompetizzjoni u l-Wirja dwar l-Ugwaljanza fl-Arti u l-Kompetizzjoni u Wirja tal-Fotografija kienu mmirati lejn iż-żgħażagħ u l-pubbliku ġenerali.Dawn kellhom l-għan li jinkoraġġixxu u jistimolaw l-espressjonijiet u r-riflessjonijiet personali dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, u diskriminazzjoni li qed isseħħ lokalment.Is-sottomissjonijiet tal-arti u tar-ritratti tpoġġew għall-wiri permezz ta’ wirja roving li daret 10skejjel post-sekondarji, in-Notte Bianca u l-Konferenza Finali.Xi wħud mir-ritratti ntgħażlu u tpoġġew f’kalendarju ta’ fuq l-iskrivanija.Il-premjijiet għar-rebbieħa ta’ dawn il-kompetizzjonijiet ġew ippreżentati waqt Kunċert – Id-Diversità permezz tal-Mużika.

Stqarrija għall-Istampa:Naħsbu b’Mod Ugwali: Jitniedu żewġ kompetizzjonijiet u wirjiet –MT
Il- Kunċert Id-Diversità Permezz tal-Mużika ġabar flimkien mużiċisti u kantanti minn kuntesti differenti li esponew mużika u strumenti mużikali li joriġinaw minn kulturi differenti u inkludew wkoll beat boxing, break dancers, mużika hip hop-rap. Stqarrija għall-Istampa:Niċċelebraw id-Diversità…. Kunċert – id-Diversità permezz tal-Mużika MT
Bħala parti mill-kampanja mmirata għaż-żgħażagħ, tħejjew ukoll vidjow onlajn, posters u fuljetti. Dawn tal-aħħar kien fihom kwotazzjonijiet miż-żgħażagħ li pparteċipaw fis-Seminar għaż-Żgħażagħ.
Vidjows:
Id-Diskriminazzjoni – L–Età
Id-Diskriminazzjoni – Id-Diżabbiltà
Id-Diskriminazzjoni – Il-Ġeneru u r-Reliġjon
Id-Diskriminazzjoni – Ir-Razza
Id-Diskriminazzjoni – L-Orjentazzjoni Sesswali
Attivitajiet Oħra :

Il-Konferenza ta’ Tnedija: Stqarrija għall-Istampa: Naħsbu b’Mod Ugwali: Mniedi mill-NCPE –EN/MT

Il-Konferenza Finali: Stqarrija għall-Istampa:X’pass imiss għall-Ugwaljanza?MT

Referenza tal-Proġett. VS/2010/0569
Isem tal-Proġett M’inix Persuna Razzista, Imma…
Fondi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali- PROGRESS (2007-2013)
Data tal-Bidu Diċembru 2010
Data tat-Tmiem Diċembru 2010